Il-post li kien il-Każin Nazzjonalista tal-Furjana ser ikun żviluppat f’guest house

Blog post mit-Tabib Hermann Farrugia

Bħalissa hemm proposta ta’ żvilupp tal-post fejn kien hemm il-Każin Nazzjonalista ġewwa l-Furjana. Dan l-iżvilupp qajjem ħafna mistoqsijiet, speċjalment fost dawk li kkontribwew għal dan l-iżvilupp. Bħala waħda mill-familji Furjaniżi li kkontribwejna u anki ġbarna l-flus għax-xiri ta’ dan il-każin, ma jistax jonqos li ma nistaqsux x’ser isir minnu dan il-bini. B’għafsa ta’ qalb, illum dan il-bini ser ikun żviluppat f’guest house.

Irċevejt dan il-messaġġ mingħand persuna, fejn staqsieni jekk il-każin tal-Furjana hux ser ikun żviluppat f’guest house.

It-tweġiba tiegħi kienet kif ġej.

Ikolli ngħid li anki jien hekk smajt ukoll. Addio Austin Gatt, bħala Seġretarju Ġenerali jinsisti mal-miskina ommi Alice sabiex tmur toħroġ tittallab l-għajnuna tal-Furjaniżi, għax kuġina wiċċek joqgħodlok.”

Fil-gazzetta tal-gvern dehru żewġ applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ dan il-Każin Nazzjonalista ġewwa l-Furjana. L-ewwel waħda kienet fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ 19 ta’ Frar 2020 u mbagħad saret applikazzjoni oħra, fejn intalbu tibdiliet u din saret fil-11 ta’ Awwissu 2021.

Addio kemm Austin Gatt kien jagħmel pressure fuq ommi biex tiġbor ħalli l-Partit Nazzjonalista seta’ jkollu dar ġewwa l-Furjana. Huwa kien insista mal-mama’, bħala l-mara tal-ex-deputat Nazzjonalista Furjaniż għall-Ewwel Distrett elettorali u wara anki fuq is-seba’ distrett fejn serva għal 4 leġiżlaturi sħaħ, biex tgħin qattiegħ fil-ġbir.

Dan il-każin kien inxtara minħabba li kien inħass il-bżonn li jinstab sit bl-istess prominenza ġewwa Triq Sant Anna, minflok it-toqba ta’ Każin Nazzjonalista msemmi għal Ġorġ Borg Olivier li kien hemm f’dik l-istess triq. Dan il-bini jew toqba ta’ każin kienet skaditlu l-kirja tiegħu u kellu jinsab post alternattiv sabiex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ attivament preżenti gewwa s-subborg tal-Furjana.

Din it-toqba li kienet isservi ta’ speċi ta’ każin Nazzjonalista. Kienet tinsab fuq in-naħa l-oħra ta’ Triq Sant Anna. Kien toqba-tarka tal-Partit tul l-agħar żminijiet ta’ oppressjoni u intimidazzjoni Soċjalista. Kien l-aktar każin li tkisser fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista.

Għalhekk ma nistax ma ngħidx li fażullament, din kienet deċiżjoni li ilha li ttieħdet. Ilu li kien ġie deċiż li dan il-post jispiċċa minn Każin Nazzjonalista.

One thought on “Il-post li kien il-Każin Nazzjonalista tal-Furjana ser ikun żviluppat f’guest house

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *