Where your opinion counts

Disfatta oħra għal Jason Azzopardi: aktar dwar dak li verament ġara din il-ġimgħa fil-Kunsill tal-Ewropa

Skont Net News, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa sabet lil Rosianne Cutajar ħatja li kisret l-etika meta naqset li tiddikkjara l-interessi tagħha kollha lill-Parlament Ewropew għal erba’ snin sħaħ. Dejjem skont Net News, il-Kunsill tal-Ewropa issa qed jitlob lill-iSpeaker tal-Parlament Malti biex jagħtih informazzjoni aktar dettaljata dwar il-passi kollha li qed, jew se jieħu fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar.

Meta wieħed jisma’ din l-aħbar, jaħseb li dan l-istess Kunsill se jkun qed jistenna din l-informazzjoni minn Dr Anġlu Farrugia illum qabel għada.

Fil-verita’, il-Kunsill tal-Ewropa ma sabx lil Rosianne Cutajar ħatja. Kien il-Kumitat tal-Privileġġi fi ħdan dan l-istess Kunsill u mhux il-Kunsill, li qallha li għamlet żball li ma bagħtitx id-dikjarazzjoni tal-assi u dħul tagħha lill-Parlament Eworpew. Biss qallha wkoll li dan kien nuqqas minuri ħafna għaliex milli jidher, u din riflessjoni tiegħi, hemm ħafna deputati, fi ħdan dan l-istess kunsill, li jagħmlu dan id-dnub.

Meta ġew għal każ l-aktar gravi, jiġifieri, jekk hi kellhiex tkun iċċensurata minħabba dak li kienet qalet fil-Kunsill u r-relazzjoni tagħha ma’ Yorgen Fenech, ma ttieħdet l-ebda azzjoni. Anzi dan il-kumitat inħeba wara l-fatt li ser ikun qed jistenna aktar dettalji mill-iSpeaker tal-Parlament Malti. Fi kliem ieħor ħasel idejh mill-każ. Tant hu hekk, li dan il-kumitat ta żmien sa tard fis-sena 2022 biex jieħu azzjoni fuq din il-materja. Fi kliem ieħor, din id-deċiżjoni tħalliet għal wara li tkun saret l-elezzjoni f’Malta!

Ta’ min isemmi li biex dan il-kumitat fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa beda jinvestiga lil Rosianne Cutajar ried ikun ippreżentat b’talba speċifika – complaint. Dan ġie ppreżentat minn Pieter Omtzigt. Wara din it-talba kien hemm l-id moħbija ta’ Jason Azzopardi. Jason Azzopardi kien wieħed minn dawk li ffirma dan il-complaint ma’ Omtzigt innifsu. Ara dan id-dettall Azzopardi ma jgħidux.

Imma l-aktar ħaġa li rrabbjat lill-membri ta’ dan il-kumitat kien il-fatt li Jason Azzopardi spiċċa kixef dak li kellha tkun id-deċiżjoni minn dan l-istess kumitat qabel ma dan l-istess kumitat kienu għadu l-anqas biss iltaqa’. Jason Azzopari tella’ post fuq il-Facebook page tiegħu, ftit tal-jiem qabel ma’ ltaqa’ dan il-kumitat u qal kif dan il-kumitat kien ser jiddeċiedi fuq Rosianne Cutajar. Qallha li jekk ħasbet li kienet ser tiżgiċċa, kienet sejra żmerċ. Mhux hekk biss. Azzopardi kompla kixef x’tip ta sanzjonijiet kienu ser jagħmlu kontra tagħha. Fi kliem ieħor, il-pjan kien li jagħtu lil Rosianne Cutajar l-istess ċensura li kien ingħata deputat mill-Azerbaijan! Dan hu l-post ta’ Azzopardi.

Dan il-post wassal għall-inkwiet serju fi ħdan dan l-istess il-kumitat. Dan is-sit jinsab infurmat li dan il-kumitat kellu jara kif ser joħroġ minn dan id-dell ikrah li ntefa’ fuq il-kumitat li deher li apriori kien iddeċida fuq persuna meta l-anqas kien għadu ltaqa’. Ninsab infurmat li hemm membri ta’ dan il-kumitat li huma rrabbjati immensament għal Jason Azzopardi fuq dak li ġara u kiteb.

Tant kemm kien kollox miftiehem minn qabel, li saħansitra dehru artikli fil-media lokali qabel ma l-istess kumitat ppronunzja ruħu u fihom kien intqal li Rosianne Cutajar kienet ser tinstab ħatja. Kienu ġa għamluha fatta li l-Kumitat tal-Privileġġi kien ser jieħu l-istess pożizzjoni kontra Cutajar li ħa kontra d-deputat mill-Azerbaijan.

Għalhekk din id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Privileggi tal-Kunsill tal-Ewropa għandha titqies bħala disfatta għal Jason Azzopardi u aktar minn hekk, għal sieħbu Pieter Omtzigt. Mela, din ma kienetx deċiżjoni ta’ kundanna fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar imma deċiżjoni ta’ kif dan il-kumitat fittex biex isalva wiċċu!

Biss il-mistoqsija hija din. Kien hemm għalfejn immorru fil-Kunsill tal-Ewropa biex nagħmlu ħsara lill-Malta b’dan il-mod? Kien hemm għalfejn naslu sa hawn u nispiċċaw noħorġu ta’ mażetta? Kien hemm għalfejn inkomplu ntebbgħu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna mal-barranin biex imbagħad nispiċċaw naqgħu għan-nejk? Se nibqgħu għal kull ħaġa ta’ xejn mmorru barra u nagħmlu dawn it-tip ta’ ntriċċi biex imbagħad nispiċċaw inkissru l-istess reputazzjoni tagħna?

One thought on “Disfatta oħra għal Jason Azzopardi: aktar dwar dak li verament ġara din il-ġimgħa fil-Kunsill tal-Ewropa

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *