Hermann Farrugia jitkellem dwar kif inħataf il-Partit Nazzjonalista mill-abortisti

It-tabib Hermann Farrugia kien vittma ta’ hate speech fil-Partit Nazzonalista. Dan kollu għaliex hu kontra l-abort. Nazzjonalisti proChoice ħarġu jitkellmu kontra tiegħu. Hawn qed inġib xi kummenti li ntqalu kontra it-Tabib Hermann Farrugia. Dak inhar, dawk li llum qed jitkellmu li huma kontra l-abort, imma fl-istess waqt iriduha tal-paladin tal-liberta tal-kelma, kienu baqgħu b’ħalqhom magħluq quddiem dawn l-attakki kollha kontra t-tabib Hermann Farrugia.

Biss, illum, it-tabib Hermann Farrugia, iħares il quddiem. Jien kellimtu kif iħossu illum meta jisma’ persuni li jitkellmu fuq l-abort fil-Partit Nazzjonalista. Huwa beda biex spjegali li kien il-Partit Nazzjonalista li nsista miegħu biex jgħin f’cluster 2 minħabba l-kapaċitajiet professjonali tiegħi fl-endokrinologija. Imbagħad meta l-partit ġie biex jiddiskutu u jipproponi l-policy tiegħu dwar Sexual & Reproductive Health, litteralment ġie marġinalizzat u ostraċizzat sa ma waslu biex itajruh ‘l barra u bdew l-attakki sistematiċi kontra tiegħu.

Dan hu l-mod kif jaħdmu dawk li huma favur l-abort fil-PN“, insista miegħi Hermann Farrugia. Hermann Farrugia kompla jgħidli hekk dwar din l-esperjenza tiegħu fil-PN:

Bernard Grech mhux talli qatt ma tniffes iżda ħaġa waħda jilgħaq lil Martina u Emma, fost oħrajn aborzjonisti żgħażagħ li għandna fil-partit. Nista’ niżvela li sakemm kont preżenti jien sa’ lejn l-aħħar ta’ Mejju li għadda il-proposta uffiċjali tal-cluster2 dwar Sexual & Reproductive Health qatt u qatt ma rreferiet jew lissnet il-pillola kimika-ormonali tal-morning after. Dan huwa b’mod inambigwu konferma f’dan id-dokument.

Kienet bl-insistenza ta’ Emma Bonnici Portelli u ta’ Mark Rapa li din ġiet inkluża u xxandret bħala proposta b’mod speċifiku u wasslet biex ġabet ħafna diżgwid u konfrontazzjoni fil-Partit Nazzjonalista”.

It-tabib Farrugia kompla jgħidli u anki kiteb fuq facebook li

“Bernard Grech ikollu jieqaf jilgħaq sorm il-kandidati Pro-Choice Aborzjonisti li skont l-istatut ġdid fjamant tal-Partit Nazzjonalista mhux talli ma kellhomx jiġu approvati bħala ambaxxaturi-vuċi tal-’missjoni-viżjoni’ tal-partit iżda lanqas suppost kien lok li jiġu aċċettati mill-eżekuttiv bħala membri tesserati!

Herman Farrugia għalaq hekk:

Mela sew, min jimxi mal-ispirtu u fehmiet bażiċi espressi fl-istatut PN jiġi uffiċjalment ostraċizzat u imkasbar. U min qatt ma suppost ġie milqugħ bħala membru f’dan il-partit, jiġi approvat u aġevolat u ppreżentat bħala star candidate a skapitu ta’ kandidati u deputati oħra li dejjem kienu fidili lejn l-istatut.

Quddiem din is-sitwazzjoni, Hermann Farrugia qed jaħseb biex tramite żewġ avukati jirreġistra kwerela uffiċjali, jiġifieri protesta ġjudizjarja kontra l-kap tal-partit u s-segretarju ġenerali tal-PN talli bl-imġieba tagħhom qed jiksru l-istatut tal-istess partit. Dawn huma l-uffiċjali responsabbli għall-ħarsien u rispett għall-eżiġenzi statutorji kardinali tal-istatut tal-Partit Nazzjonalista.

One comment

  1. Min jaf x’se jghid l-Arcisqof fl-omelija tal-quddiesa ufficjali tat-13 ta Dicembru f’San Gwann, f’jum ir-repubblika?

Leave a Reply