Where your opinion counts

Adrian Delia għandu jkun iċ-chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi

Matul il-ġimgħa li għaddiet, rajna xeni xejn sbieħ u battibekki bejn Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina ma’ Konrad Mizzi. Taqbel jew ma taqbilx ma’ Mizzi, dan ħareġ rebbieħ fid-dibattitu li spiċċa kellu ma’ Fenech Adami u Aquilina.

Issa f’dan il-kumitat, Beppe Fenech Adami huwa iċ-chairman. Waqt li l-maġġoranza tal-membri f’dan il-kumitat ikunu dejjem mill-partit fil-gvern, u allura, bħal issa huma mill-Partit Laburista, iċ-chair ta’ dan il-kumitat ikun dejjem mill-partit fl-Oppożizzjoni. Illum fl-Oppożizzjoni hemm il-Partit Nazzjonalista u dan jispjega għala hemm Beppe Fenech Adami bħala chairman.

Biss għandna naqblu, li Beppe Fenech Adami mhux tajjeb li jkun chairman ta’ dan il-kumitat. Kif deher tajjeb matul din il-ġimgħa, ma jafx xi tfisser tkun chairman. Kien aktar moħħu biex jagħmel battuti politiċi milli jiċċerja dan il-kumitat. Dik li kellha tkun statement minn Konrad Mizzi ta’ għaxar minuti spiċċat f’dikjarazzjoni u nbiddlet f’dibattitu politiku ta’ sagħtejn. Dan hu tassew tal-mistħija u jaħti għalih iċ-chairman tal-kumitat.

Biss x’ġara aktar f’dan id-dibattitu? Konrad Mizzi u ċ-chairman bdew jaħslu l-ħwejjeġ maħmuġin tagħhom fil-pubbliku. Konrad Mizzi fakkar lil Beppe Fenech Adami li bena swimming pool fuq biċċa art ODZ. Dak li kien jonqsu jgħidlu Konrad Mizzi lil Beppe Fenech Adami jekk kienx wasal iż-żmien li dan l-iżvilupp jiġi rrappurtat lill-Kunsill tal-Ewropa! Saħansitra, Konrad Mizzi semmgħilu l-istorja tal-CapitalOne lil Beppe Fenech Adami. Minħabba din l-istorja tal-CapitalOne, Fenech Adami l-anqas kellu jkun appuntat chairman ta’ dan il-kumitat!

Dak li kellu jagħmel iċ-chairman, bħal ma jitlob ir-rowl tiegħu, huwa li jħalli lil Konrard Mizzi jitkellem. Ma jinterrompix. Iħallih jgħid li jrid u mbagħad, kif inhu dmiru, jagħmillu l-mistoqsijiet u mhux jidħol miegħu f’battuti politiċi.

Nemmen li persuna idonea u taf tagħmel dan ix-xogħol tajjeb huwa Dr. Adrian Delia. Dr. Delia huwa persuna li jidħol il-qorti – jiġifieri hu avukat li jaħdem fil-litigation – u kapaċi jagħmel dan ir-rowl għaliex hu part minn xogħolu. Ara kif sallabhom lil ta’ Steward Healthcare li qed ikollhom joħorġu affarijiet li xtaqu jżommu moħbija.

Adrian Delia huwa l-persona li kapaċi tanalizza u mbagħad tagħmel il-mistoqsijiet diffiċli kif għandu jkun xogħol ta’ persuna li tokkupa din il-kariga.

Dan hu każ ieħor li l-PN mhux kapaċi juża n-nies tiegħu sew.

Il-PN irid persuni li jħallu impatt f’dan il-kumitat u mhux persuni li meta tismagħhom jitkellmu, joħroġ ċar li għandhom ‘chip on their shoulders‘ bħala ma jidher ċar li għandu Beppe Fenech Adami u allura bl-imġieba tiegħu għamel aktar ħsara milli ġid lill-immaġini tal-Partit Nazzjonalista.

2 thoughts on “Adrian Delia għandu jkun iċ-chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *