Where your opinion counts

Għall-Lovin Malta l-iżvilupp li qed jagħmlu il-Corinthia hu investiment, imma dak li kien għamel Yorgen Fenech korruzzjoni!

Ma nistax nifhem għala ta’ Lovin Malta spiċċaw ifaħħru kemm jifilħu lil Corinthia Group u l-investimenti li qed jagħmlu kemm f’Malta kif ukoll madwar tliet kontinenti meta wieħed mill-investimenti tagħhom, dak ta’ Ħal Ferħ, spiċċa f’kontrovesja poltika.

Li tfaħħar mhux ħaġa ħażina imma meta tagħżel li tagħmel differenza bejn min tfaħħar tidher pjuttost kerha. Lovin Malta ma qalilna xejn dwar l-iżvilupp li se jsir Ħal Ferħ li jinkludi fih 25 villa għal użu residenzjali.

Ma semmew xejn li dik kienet art intenzjonata biss għall-użu turistiku kif spiċċa mogħtija għal dan it-tip ta’ żvilupp u s-somma miżera li tħallset. L-istess ma semmew xejn dwar l-iżvilupp li xtaqu jagħmlu fuq il-bajja ta’ San Ġorġ ġo San Ġiljan fejn ukoll xtaqu jibnu diversi appartamenti lussużi.

Forsi ħadu gost ifaħħru lil Alfred Pisani, li nafuh bħala ħabib ta’ Joseph Muscat, fuq l-investimenti li qed jagħmel. Imma mhux sewwa meta l-istess portal jara ħafna ħażin f’kuntratturi oħra.

Niftakru tajjeb kemm kritikaw lil Joseph Portelli u lil Silvio Debono. Lovin Malta sejħu lil dawn iż-żewġ kuntratturi bħala persuni bla qalb u li għandhom regħba għall-flus. U fuq kollox, kemm jikkritikaw lil Yorgen Fenech, li finalment hu wkoll involut f’dan it-tip ta’ mistier!

2 thoughts on “Għall-Lovin Malta l-iżvilupp li qed jagħmlu il-Corinthia hu investiment, imma dak li kien għamel Yorgen Fenech korruzzjoni!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *