Where your opinion counts

Iċ-chats ta’ Yorgen Fenech: meta l-awtorita’ risponsabbli ser jieħdu azzjoni fuq il-pubblikazzjonijiet tagħhom?

Messaġġ li bagħatli qarrej:

Hemm bżonn li l-Qorti tisserja ftit u tara minn fejn qed joħorġu dawn iċ-chats. Jaraw min għandu aċċess għalihom, min jista’ jkollu aċċess għalihom (per eżempju – qiegħdin għand il-pulizija imma mhux maqfula f’post sigur, jew per eżempju – qiegħdin għand wieħed mill-avukati tal-parte civile u mhux maqfula u indokrati kif suppost, per eżempju – ħaddiema tal-qorti li jista’ jkollhom aċċess għalihom eċċ. eċċ. eċċ.)

Ma nafx ukoll għaliex l-avukati difensuri mhux iqajmu kjass fuq dawn iċ-chats sakemm mhux qed jistennew il-ħin opportun biex iwerżqu “mis-trial”.

Min jaf? Min jaf jekk verament hawnx xi ħadd – bikkej jew mhux – li għandu f’moħħu li juża din il-pantomina biex ikompli jitfa’ dell ikrah fuq kollox u fuq kulħadd, speċjalment fuq il-gvern preżenti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *