Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC): babilonja sħiħa
Huwa tal-mistħija kif qiegħed għaddej bħalissa l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. Huwa vera redikolu li ħafna minnhom qed jitkellmu fuq xulxin u ħadd ma jifhem xejn. Dan huwa kumitat li qed jiskrutinja r-rapport tal-awditur dwar il-kuntratt tal-power station.
Quddiem il-PAC bħalissa hemm ix-xhud Konrad Mizzi akkompanjat minnn żewġ avukati. Dr Mizzi talab biex jagħmel statement bħala dritt tiegħu u dik it-talba ġiet milqugħha. Wara ftit li beda jindirizza l-Kumitat, Dr. Mizzi semma l-kelma ‘we’. Hawnhekk iċ-Chairman ried ikun jaf għal min qed jirreferi bil-kelma ‘we’. Qam storbju sħiħ b’tali mod li kien diffiċli biex tifhem dak li kien qed jintqal.
Dr Fenech Adami beda jsemmi terzi u jistaqsi jekk humiex parti mill-‘we’ li ntużat minn Dr Mizzi. Dr Mizzi beda jgħid li ‘we’ huwa l-Gvern. Imma donnu Dr Fenech Adami ma kienx kuntent għax baqa’ jagħfas għal iktar informazzjoni speċifika. Wara ftit Dr Mizzi kompla bl-istatement tiegħu imma f’qasir żmien reġa’ infetaħ battibekk sħun iktar minn qabel.
Hawnhekk il-livell waqa’ b’tali mod li wasal għal tgħajjir bejn Dr Mizzi u Dr Fenech Adami. Intqalu insinwazzjonijiet u ssemmgħu ukoll ħafna dnubiet, li saru lura fiż-żmien.
Tidher ovvja li ftit membri ta’ dan il-kumitat niżżlu fil-livell partiġġjan u allura jekk se jibqa’ miexi b’dawn l-interroguzzjonijiet kollha, żgur li mhux se jwassal għal konklużjonijiet mixtieqha mill-poplu Malti u Għawdxi.
Billi joqgħodu jipprovokaw lil xulxin ma hu se jwassal imkien. Biss tidher li l-irjus sħan mhux qed iħalli li l-kumitat jitmexxa b’ċertu kalma u trankwillita.
Il PN QED JWAQQA IL PARLAMENT GHAN NEJK.