Jason Azzopardi jisfida lill-Kamra u mhux ser jiskuża ruħu ma’ Rosianne Cutajar

Blog post minn osservatur politiku

Irid u ma jridx, Jason Azzopardi ser ikollu jiskuża ruħu fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar. Id-deputata Laburista resqet ksur ta’ privileġġ kontra Jason Azzopardi peress li attribwielha diskors baxx li suppost qalet fil-konfront tiegħu.

L-iSpeaker tal-Kamra tal-Parlament dalgħodu sab lil Jason Azzopardi ħati ta’ dan il-ksur ta’ privileġġ u ġie mitlub biex fl-ewwel okkażjoni, li jqum jitkellem fil-parlament, għandu jiskuża ruħu fil-konfront tal-istess deputata tal-Partit Laburista, Rosianne Cutajar.

Din ma hiex l-ewwel darba li Dr Jason Azzopardi jkollu jiskuża ruħu għad-diskors li huwa jgħid fil-konfront ta’ ħaddieħor. Mhux l-ewwel darba li kellu jiskuża ruħu għal affarijiet li jkun qal fuq ħaddieħor. Forsi l-iktar waħda kerha kienet id-dikjarazzjoni li huwa ffirma biex ċaħad dak kollu li kien qal, matul is-snin, fuq Adrian Delia.

Dik se tibqa’ mniżżla bħala ammissjoni ċelebri għaliex kellha konsegwenzi koroh tant li Adrian Delia tilef postu ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, għaliex Jason Azzopardi twemmen fid-diskors giddieb li hu kien għamel. Dan ma jista’ qatt jissejjaħ virtu’ li tparla u taqla’ minn żniedek meta ma jkollokx argumenti u verifiki biex issostni dak li tkun għidt. Dan għall-kuntrarju huwa viżżju ikrah li dejjem ipoġġik f’pożizzjoni antipatika u kerha ħafna li wara li tkun bżaqt u għidt dak kollu li jiġi f’ħalqek, ikollok tammetti u tibla’ kollox.

Mid-dehra Jason Azzopardi ma jridx jitgħallem mill-iżbalji tiegħu stess. Ma tantx jieħu lezzjoni malajr meta jagħmel xi ħaġa ħażina u jkollu jammetti għall-iżball. Donnu jieħu pjaċir jisma’ lilu nnifsu joħroġ affarijiet biex mingħalih ifajjar xi scoop, biss imbagħad il-poplu jinduna li dak li jkun qal ma jkunx sostnut. Dr Azzopardi għandu bżonn jagħmel qrara ġenerali u jagħmel ukoll eżami tal-kuxjenza speċjalment fuq livell politiku ħalli forsi jindem qabel jisparla, u joqgħod attent qabel ifajjar.

One comment

Leave a Reply