Il-falliment tal-istrateġija tal-PN

Blog post minn osservatur politiku

Bernard Grech, fl-ewwel xhur bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, kellu sinjali li se jibdel l-andament tan-numri. Fl-ewwel xhur kien hemm indikazzjoni li, għall-inqas in-Nazzjonalisti, kienu se jagħtuh il-fiduċja tagħhom. Donnu ħass li kellu r-riħ-fil-qala’ u allura għamel kuraġġ li se jirnexxielu jxaqleb il-miżien tal-voti.

Imma x’ġara? Żgur li ma ġralux bħal l-inbid għax kif bdew iħarsu lejh b’għajnejn politiċi u aktar kliniċi, indunaw x’isarraf u x’jiswa politikament. Nafu li ħafna nies issa ilhom jaqraw il-linja politika ta’ Dr Bernard Grech. Ħafna nies illum tgħallmu kif għandhom jaqraw bniedem politiku. Ħafna saru jgħarfu x’hemm moħbi wara wiċċ politiku ġdid.

Jibdew jirriflettu u jiżnu kull kelma li toħroġ minn fommu. Għall-ewwel id-diskors tiegħu beda jintgħoġob għaliex kien mitfuħ fuq xewqat imma meta wara ftit xhur il-poplu beda jitgħallem li kien hemm ħafna kliem fieragħ, bdew jindunaw li kien hemm ħafna arja sħuna fid-diskorsi ta’ Dr Grech.

Ħafna nies bdew jirrealizzaw li fl-għaġla tiegħu jew forsi b’nuqqas kbir ta’ esperjenza beda jgħid affarijiet illum, u hu stess imerihom l-għada. Meta jiġri hekk u jindunaw li l-paroli ma jkunx konsistenti, jibdew jitkemmxu x-xufftejn. Kull min jisimek irid ikun ċert li ma hemmx logħob mad-diskors li jkun intqal.

Ma tistax tressaq il-lasti fil-logħba tal-football u lanqas tista’ tmur lura minn kliemek fil-logħba politika. Illum niftakru benn tajjeb kemm Bernard Grech kien jgħajjat li wara ftit li tgħaddi l-pandemija mmorru għall-elezzjoni. Fi drabi minnhom saħansitra kien jgħid li iġri tgħaddi l-pandemija ħalli ssir l-elezzjoni.

Deher wisq ħerqan biex jitla’ t-taraġ ta’ Kastilja. Deher wisq għatxan biex jieħu s-siġġu tal-poter. Issa d-diskors inbidel. Issa bidel id-diska u ma għadux jinsisti għall-għaġġla, għal elezzjoni bikrija jew għar-riżenja tal-Gvern.

Il-Partiti Nazzjonalista jrid strateġija politika tajba u ċara jekk jixtieq li jkun kredibbli mal-elettorat.

One thought on “Il-falliment tal-istrateġija tal-PN

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *