Where your opinion counts

Qed issir għażla fost il-kandidati ġodda Nazzjonalisti lil min jingħata promozzjoni fuq Facebook u lil min le.

 

Illum, l-istrateġija interna fil-Partit Nazzjonalista hija waħda ta’ divide et impera jew ifred u aħdem. Din kienet strateġija imperjalista wżatha mill-Ingliżi f’Malta biex imexxu lill-Maltin. Biss dak li mhux qed jifhmu, min hu fil-grupp ta’ strateġija, li din it-tattika ta’ aqsam u aħkem kienet użatha mill-Ingliżi mhux kontra l-istess nies tagħhom iżda kontra dawk li kienu jidhru bħala l-avversarji jew l-egħdewwa politiċi tagħhom.

Minn Simon Mercieca

Christian Peregin qed juża din l-istrateġija kontra l-istess grupp li ħadem biex itella’ lil Bernard Grech fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex jaqsam fit-tnejn lil grupp li kien wara l-elezzjoni ta’ Bernard Grech sena ilu. Parti minn dan il-grupp aktar ingħaqad kontra l-istess Bernard Grech.

L-aħħar strateġija kienet dik tat-tmexxija preżenti li tibda tagħti appoġġ lill-grupp ta’ kandidati ġodda (imma mhux kollha) magħżula mill-istess tmexxija u din qed tkun mmexxija għas-skapitu ta’ kandidati oħra.

Dak li qed jiġri huwa li għal dawk il-kandidati magħżula, il-partit qed iħallas lil Facebook ħalli l-artikli ta’ dawn il-kandidati magħżula jingħataw promozzjoni u jarawhom ħafna nies. Fi kliem ieħor dawn il-kandidati magħżula qed ikunu sponsored mill-Partit Nazzjonalista. Il-partit qed iħallas għall-promozzjoni tagħhom fuq Facebook.

Dawk li jibbenefikaw minn din is-sistema huma handpicked mill-partit u huma l-aktar ġodda. Dawk li qed ikunu approached huma dawk li jinsabu fil-good books ta’ Christian Peregin u Alessandro Farrugia.

Dan qed iġib aktar rabja fil-Partit Nazzjonalista u fost il-kandidati tal-istess partit, għaliex qatt daqs illum ma kien hemm din l-għaqda u rabja kontra l-istess temxxija tal-partit. Qatt fil-Partit Nazzjonalista ma saret din id-diskriminazzjoni bejn kandidat u ieħor tal-istess partit! Persuni li ddedikaw tfulithom u żogħżithom u ħajjithom għall-partit qaluli li huma ser jibqgħu bil-lasta! Forsi aħjar ngħidu li għandna hawn is-saying bibliku ta’ ‘the chosen few”!

It-tajba hija li fil-maratoni ta’ fondi, id-deputati u l-kandidati qed ikunu mħeġġa biex jiġbru l-flus għall-partit, imma mbagħad, kif qalli kandidat, “l-istess flus jintużaw biex ikissru l-karriera politika ta’ min ikun ġabarhom!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *