Kummenti kontra l-hate speech fil-Partit Nazzjonalista misshom saru sena ilu

Blog post minn osservatur politiku

Jerome Caruana Cilia, kandidat ġdid tal-Partit Nazzjonalista, tella’ post fuq il-facebook page tiegħu li jgħid hekk:

L-attakki personali jkomplu jifirdu lill-poplu u jdaħħlu l-mibgħeda. Addio slogans ta’ aħwa Maltin. Tkomplux tinċitaw il-mibgħeda.”

Kif tista’ ma taqbilx ma’ dikjarazzjoni bħal din!! Kemm għandu raġun li Jerome Caruana Cilia jgħid dan il-kliem. Biss din id-dikjarazzjoni spiċċat biex qanqlet memorji mill-passat reċenti tal-Partit Nazzjonalista.

Dan wassal biex persuna tellgħet dan il-kumment taħt il-post ta’ Jerome Caruana Cilia fuq Facebook:

Tfajtu naqra tard dal messaġġ ħabib. Kien jagħmel ħafna sens kieku tfajtu sena ilu qabel Ottubru”.

Ovvjament, dan huwa kumment li qed jirreferi għal ftit żmien qabel l-elezzjoni għal kap fil-Partit Nazzjonalista li saret ftit iktar minn sena ilu. Dak iż-żmien kienu għaddejjin attakki personali li jwerwruk u li kulħadd kien jaf bihom biss kien hemm selenzju stampa dak iż-żmien.

Dak li nista’ ngħid li dan  il-kumment li għadni kif kwotajt sparixxa minn fuq il-facebook page ta’ Caruana Cilia. Dan wassal biex l-istess kontributur kiteb lura u qallu:

Jerome, politiku tajjeb, jirribatti argument u mhux jaħarbu. Ma tantx taqta figura tajba meta tħassar il-kummenti flok tirribattihom. Nifhem li la verita offende imma aktar kera meta għax ma jkollokx risposta issibha aktar faċli li tħassar il-kumment flok twieġeb. Ilum urejtni kemm jien kont żbaljat li kont nagħmlek aktar matur”.

Kien hemm post ieħor minn kontributur fuq il-paġna ta’ Jerome Caruana Cilia li għadda messaġġ personali lil Jerome u qallu:

Bħal ma dejjem għidlek dispjaċir kbir għandi li int tippreżenta team li lparti kbira minnhu hu eżatt dak li qiegħed tgħid int. Ha nerġa ngħidlek. Issa hawn pubblikament gawdi ħajtek u lill-familtek u taħlix ħinek’... Narak ħabib

Dan juri kemm kienet żbaljata t-tattika li tar-Repubblika u sħabhom għamlu biex itajru kap ta’ partit. Il-feriti għadhom miftuħin. Fuq kollox, dawk li llum qed jitkellmu kontra l-hate speach ma għandhomx reputazzjoni biex jagħmlu dan għaliex ftit ta’ żmien ilu kienu fl-istess grupp li wżaw dawn l-istess tattiċi biex jattakkaw lil sħabhom fil-Partit Nazzjonalistia. Dawn il-ħafna attakki interni li kellna sena ilu ħallew ġrieħi li għadhom miftuħa sal-lum fil-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply