Malta, l-aqwa pajjiż fid-dinja.

Qarrej bagħatli dan il-messaġġ

Mela, għandna pajjiż fejn il-qrati idumu snin twal biex jaqtgħu kawża, anki aktar minn għoxrin sena, tant li l-persuna spiċċat tingħata kumpens.

Għandna ġudikaturi li jiddeċidu skont il-grazzja.

Għandna prosekuzzjoni li tieħu żbalji fiċ-ċitazzjonijiet bir-riżultat li l-akkuża taqa’.

Għandna prosekuzzjoni li ttella’ nies il-qorti mingħajr ma jkollha provi.

Għandna pulizija li qed tfalli milli tagħmel investigazzonijiet korretti u tonqos milli tissekwestra provi meħtieġa.

Għandna kummissarju tal-pulizija li qed jonqos milli jinvestiga u jħarrek nies fuq stejjer ta’ korruzjoni jew addirittura qtil.

Għandna Avukat Ġenerali li juża metodi abbużivi biex jakkuża individwi.

Għandha uffiċju tal-Avukat Ġenerali li joġġezzjona għal-liberta’ proviżorja skont l-uċuh.

Għandna MSS li taġixxi b’mod illegali f’dak li jissejjaħ tapping, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu għal validita’ tal-kawża fil-qorti.

Għandna Gvern li jilleġisla liġijiet fil-parlament li jiġu ddikjarati abbużivi.

Għandna l-kumpanija ta’ Stewards Healthcare li tiddikjara fil-qorti li xtrat kuntratt korrott u l-Gvern jibqa’ sieket!

Għandna pajjiż fejn il-ħajja qegħda togħla kuljum.

U għandna Oppożizzjoni li qed timplodi u tfalli milli tispira liċ-ċittadin.

Kif jista’ jkollok fiduċja u tkun kburi b’dan il-pajjiż?

X’ma jridux jitilqu 70 fil-mija taż-żgħażagħ minn Malta!

Sliem

One thought on “Malta, l-aqwa pajjiż fid-dinja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *