Where your opinion counts

Iċ-chats ta’ Yorgen Fenech li niżżlu l-Europol spiċċaw għand Mark Camilleri

minn Simon Mercieca

Mhux ser nidħol fil-kontroversja bejn Mark Camilleri u Rosianne Cutajar. Biss ma nistax ma ninnutax li ċ-chats, li l-maġistrata Rachel Montebello għamlet divjit fuqhom, spiċċaw għand terzi. Jidher li d-database kollha li għaddew il-Europol lill-qorti spiċċat għand terzi.

Issa ħareġ li Mark Camilleri għandu f’idejh dawn iċ-chats ta’ Yorgen Fenech li l-Europol għaddew lill-maġistrata Rachel Montebello. Mela lil Yorgen Fenech, id-deputat Avukat Ġenerali, Philip Galea Farrugia, ma ridx jagħtih il-liberta proviżorja għaliex skont hu, u din kienet waħda mir-raġunijiet li ġab, jista’ jikkontamina l-provi, imbagħad provi tal-pulizja li għaddew mill-qorti għand il-partijiet jispiċċaw għand Mark Camilleri.

Din l-istorja tkompli turi l-arbitrarja li hemm fir-rigward tal-kompilazzjoni li mexxiet Rachel Montebello. Fuq kollox hawn qed nitkellmu fuq korrispondenza privata dwar persuna, li ma tistax titkellem għaliex kontinwament, il-qrati tagħna, qed jinnegawlu l-bail u fl-istess waqt jippermettu li l-istess divjiti tal-qorti jiġu mkissru mingħajr ma jista’ jiddefendi lilu nnifsu.

2 thoughts on “Iċ-chats ta’ Yorgen Fenech li niżżlu l-Europol spiċċaw għand Mark Camilleri

  1. Hemm bzonn li l-Qorti tisserja ftit u tara minn fejn qed johorgu dawn ic-chats. Jaraw min ghandu access ghalihom, min jista jkollu access sekondarju (per ezempju – qieghdin ghand il-pulizija imma mhux maqfula f’post sigur, per ezempju – qieghdin ghand l-avukat tal-parte civile u mhux maqfula u ndokrati kif suppost, per ezmpju – haddiema tal-qorti li jista jkollhom access ghalihom ecc. ecc. ecc.)

    Ma nafx ukoll ghaliex l-avukati difensuri mhux iqajjmu kjass fuq dawn ic-chats sakemm mhux qed jistennew il-hin opportun biex iwerzqu “mis-trial”.

    Min jaf? Min jaf jekk verament hawnx xi hadd – bikkej jew mhux – li ghandu f’mohhu li juza din il-pantomima biex ikompli jitfa dell ikrah fuq kollx u fuq kullhadd, specjalment fuq il-Gvern prezenti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *