Manuvri biżantini fil-Kumitat Sezzjonali Nazzjonalista tan-Naxxar iwassal għal azzjoni fil-Partit Nazzjonalista

Manuvri biżantini fil-kumitat Sezzjonali Nazzjonalista tan-Naxxar iwassal għal aktar inkwiet għall-Partit Nazzjonalista

Informazzjoni li waslitli minn ġod-Dar Ċentrali tal-Pieta,jindikaw li l-familja Sciberras  ippruvat tieħu il-kontroll tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fin-Naxxar.

F’Jannar bdew diversi manuvri u manipulazzjonijiet biex idejqu lis-segretarju uxxenti Andre’ Muscat. Dawn il-manuvri ħallew il-frott hekk kif fl-24 t’Awwissu waslet ir-riżenja ta’ l-istess segretarju Muscat mill-pożizzjoni tiegħu ta’ segretarju u membru fil-kumitat sezzjonali Naxxar.

Dan jikkuntrastja ma dak li kien ġara fl-2018 meta dan il-post kien vakat. Dak in-nhar il-President Joe Spiteri kien talab lill-membri kollha tal-kumitat jekk kienux interessati biex jersqu ‘l quddiem u jkellmuh!

Ħafna Naxxarin ħaduha bi kbira li l-partit tilef persuna ħabrieka bħal Andre’ Muscat fin-Naxxar.

Il-manuvri komplew fil-ġimgħat ta’ wara biex jimtela’ l-post ta’ segretarju, fejn minn kumitat ta’ 16-il membru u 3 membri co-opted, ġew avviċinati l-aktar nies impenjattivi bix-xogħol professjonali tagħhom mill-president tal-kumitat Joe Spiteri.

Bħalma wieħed jistenna dawk avviċinati m’aċċettawx il-pożizzjoni ħabba x-xogħol li tirrikkjedi l-pożizzjoni ta’ segretarju, u li huma diġa’ impenjati sew bil-professjoni tagħhom.

Flok infetħet l-offerta għall-kumitat kollu, l-president Joe Spiteri flimkien ma’ Salvu Sciberras talbu lill-istess iben ta’ Salvu Sciberras, jiġifieri Pierre Sciberras biex jimla’ din il-kariga, liema offerta ġiet aċċettata mill-istess Pierre Sciberras. B’hekk Pierre Sciberras sar is-segretarju l-ġdid tal-kumitat sezzjonali ġewwa n-Naxxar. Dan qed ikun interpretat bħala li l-familja Sciberras għandha l-kontroll assolut tal-kumitat sezzjonali tan-Naxxar.

Nies fid-Dar Ċentrali infurmawni li din il-manuvra u l-ħatra ta’ Pierre Sciberras bħala segretarju ma tantx niżlet sew ma’ xi membri, tant li kif saru jafu b’din il-manuvra, madwar 8 membri m’attendewx għal-laqgħa tat-Tnejn sabiex ma jkunux parteċipi f’din il-ħatra, u f’inqas minn 24 siegħa wara, 4 minnhom bagħtu r-riżenja tagħhom mill-kumitat Sezzjonali Nazzjonalista tan-Naxxar.

Ir-riżultat ta dan kollu huwa li l-familja Sciberras reġgħet għandha l-kontroll tal-kumitat sezzjonali Nazzjonalista tan-Naxxar f’idejha.

Nazzjonalisti Naxxarin bdew jistaqsu, ‘Tgħid il-Partit Nazzjonalista se jieħu azzjoni wara dawn l-erba’ riżenji jew ħa nitfgħu kollox taħt it-tapit kif sar wara r-riżenja tas-segretarju?’

Dan wassal biex issa din l-għażla ġiet xolta. Minn informazzjoni li rċevejt, il-Partit Nazzjonalista bagħat għall-President tal-Kumitat Sezzjonali u ntalab biex jerġa jiftaħ mill-ġdid is-sejħa għall-segretarju tal-kumitat sezzjonali.

One comment

Leave a Reply