Għala ta’ Repubblika mhux isemmu lil Keith Schembri fil-protesta li qed jagħmlu?

Blog post minn osservatur politiku

Donnu hemm klikka jew grupp ta’ nies miftehmin flimkien biex ma jsemmux personaġġ politiku li sa ftit ilu kien prominenti ħafna. Rajna f’diversi okkażżjonijiet li kien hemm min kellu kull possibilita’ li jattakka l-involviment ta’ dan il-personaġġ u jibqa’ lura. Hawnhekk qed nitkellmu fuq Keith Schembri. Għal darba oħra qed jerġa’ joħroġ ċar li Repubblika qed ikomplu jipproteġu lil Keith Schembri.

Repubblika organizzaw protesta u sit-in quddiem id-Depot u lil Keith Schembri ma jsemmuh imkien. Din l-istrateġija ilha toħroġ fil-beraħ hekk kif diversi drabi l-avukat ta’ Repubblika, Jason Azzopardi, jevita li jistaqsi mistoqsijiet relevanti fil-qorti dwar Keith Schembri u l-allegat involviment tiegħu fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Barra minn hekk, Repubblika qed titlob lill-kummissarju tal-pulizija biex jarresta lil Konrad Mizzi u lil Joseph Muscat iżda mhux lil Keith Schembri.

L-istess attitudni qed narawha mingħand Manuel Delia, li jinsab imxaħxaħ x’imkien fl-Ewropa bil-paga dieħla, waqt li sħabu ta’ Repubblika qed jorqdu barra d-depot fil-maltemp grigal li qed jolqot lil pajjiżna. Manuel Delia bil-kemm isemmieh lil Keith Schembri, anzi jaddotta t-tattika tiegħu u jipprova jitfa’ l-ħtija kollha fuq Yorgen Fenech.

Repubblika wkoll ma tikkundannax lill-pulizija li ilha sa mill-bidu tipproteġi lil Keith Schembri. L-istess għaqda ma qalet xejn meta Schembri ħareġ fuq bail b’rabta mal-każ ta’ tixħim fit-Times of Malta. Fil-fatt, tar-Repubblika joqgħodu attenti ħafna u ftit li xejn isemmu lil Adrian Hillman u lit-Times fil-kritika tagħhom.

2 comments

  1. sur osservatur politiku
    jekk huma verament ngo indipendenti ghalix ma iprotestax kontra beppe talli sparixxa il files ta l investigazjoni meta haregg ismu fuq il capital 1.min ghinu biex jisparixih? ghax ma protestawx meta carol ghodu farak 2 pulizija?ghalix ma protestawx ghal gideb fahxi ta jason?ghalix ma iprotestawx talli il kap tal pn ,jason u l ex kap simon ghax ma halsux it taxxa bhal haddiehor?ghalix ma protestawx ghax beppe ghamel estenjoni tad dar tieghu bla permess?ghalix ma protestawx biex inkunu nafu min fejn mil lejl ghan nhar il kont bankarju ta beppe zdied b’miljun?

Leave a Reply