Dr. Adrian Delia reġa’ tenna li lest jagħti s-support tiegħu lill-Gvern biex l-isptarijiet jerġgħu jsiru tal-poplu Malti.

Blog post minn osservatur politiku

Il-maturita’ politika titlob li jekk il-Gvern lest li jiddeċiedi li jwaqqa’ l-kuntratt tal-Vitals, issa ta’ Steward, Dr Adrian Delia lest li jagħti l-għajnuna tiegħu lill-Gvern. Mela tidher ovvja li Dr. Adrian Delia ma għandu ebda interess li jibqa’ għaddej bil-kawża tiegħu biex jieħu l-isptarijiet lura, għalkemm jaf li kif sejrin l-affarijiet hemm tama qawwija li jerbaħha. Dr Delia huwa interessat biss li l-poplu Malti u Għawdxi jieħu lura dak li hu tiegħu bi dritt u mhux jħalli tliet sptarijiet f’idejn il-barranin li ma huma qed jagħtu xejn lura lill-poplu.

Dr Delia wiegħed l-appoġġ tiegħu u tal-Oppożizzjoni, jekk il-Gvern jasal biex itemm il-kuntratt tal-isptarijiet ma’ Steward Healthcare. Dr Delia qal dan meta minn dokumentazzjoni li ħarġet mill-qorti tgħid li Steward stess qed jallegaw li l-kuntratt li ħadu mingħand Vitals kien riżultat ta’ frodi. Dr Delia tenna li l-Gvern għandu kull prova neċessarja li jixtiequ, biex jaslu li jtemmu dan il-kuntratt mimli korruzzjoni. Il-kuntratt li ħadu Steward huwa l-istess kuntratt li Vitals ħadu mingħand il-Gvern. Jiġifieri dak li ffirma l-Gvern ma’ Vitals fil-bidu huwa l-istess kuntratt li ħadu Steward meta ħadu l-kuntratt minn idejn Vitals.

Steward għandhom l-istess drittijiet u l-istess obbligi li kellhom Vitals meta ġie iffirmat l-ewwel kuntratt. Dan ifisser li jekk l-ewwel kuntratt kien fih l-korruzzjoni, kif issa qed jgħidu Steward stess, ħadu f’idejhom kuntratt korrott. Dr Delia qal lill-Gvern biex jagħmlu dak li hu mistenni minnu, jiġifieri li jwaqqaf jew iwaqqa’ dan il-kuntratt vizjat li għandu ma’ Steward, flok ikompli jgħaddilhom il-flus mingħajr mal-poplu jieħu dak li hu tiegħu lura.

Dr Delia kompla jappella biex fil-pajjiż jiġi żgurat li l-flus li qed jingħataw lill-barranin, jintefqu għall-ġid tan-nies, jiġifieri f’investiment verament dirett fis-saħħa. Hawnhekk rajna l-maturita’ ta’ Dr Delia biex jasal għal dak li jixtieq il-poplu li l-isptarijiet imexxuhom il-Maltin u l-Għawdxin, li l-isptarijiet jilħqu l-għan nobbli tagħhom biex jaħdmu għal poplu u mhux ikunu strument ta’ ħlasijiet esaġerati lill-barranin. Fuq kollox l-isptarijiet ikomplu jsaħħu s-servizz tas-saħħa tagħna u jagħtuna servizz ‘state of the art’ bħal ma qed jingħata diġa’ f’Mater Dei.

Leave a Reply