L-ex-Ministru Nazzjonalista George Pullicino seta’ evita jagħmel kumment ta’ “shame” lejn il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema

Ittra minn resident minn Tas-Sliema.

Għażiż Dr. Mercieca,

Jien residenti ġewwa Tas-Sliema. Nixtieq nuża l-ispazju tiegħek biex nuri d-disapprovazzjoni tiegħi għal fatt li s-Sur George Pullicino, ex-Ministru tal-Partit Nazzjonalista, kiteb il-kumment “shame” fuq xi ħaġa li qed jieħu ħsiebha l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema li bħal ma kulħadd jaf hu mmexxi mill-Partit Nazzjonalista.

Waqt li nifhem li llum George Pullicino hu ċittadin bħal ħaddieħor, biss, l-istess Perit Pullicino irid jifhem li fl-imgħoddi hu kien politiku u kien joħroġ fuq dan id-distrett u lokalita’. Jien kont nistenna li jindenja ruħu jistaqsi x’kien hemm għaddej dwar il-problema li kiteb shame għaliha, qabel ma għamel dak il-kumment. Infatti kiteb kunsillier u qallu li lest jiltaqa’ miegħu biex jispjegalu eżattament x’ġara. Dejjem kien ikun aħjar li wieħed jistaqsi qabel għaliex persuni bħal ex-ministri ser ikollhom impatt bil-kummenti tagħhom.

Forsi wieħed jista’ jargumenta li Pullicino għandu raġun jagħmel hekk għax lilu hekk kienu jagħmlulu meta kien ministru. Biss George Pullicino kien ukoll ministru li min jaf kemm bata u għaddewh minn qtigħ il-qalb għax ma jlestux jew ma jagħmlux ix-xogħol kif suppost u weħel b’dawn in-nuqqasijiet hu. B’hekk aktar kellu juri kompassjoni. Għalhekk kont nemmen li bniedem b’dik l-esperjenza bħal George Pullicino kellu jevita’ dak il-kumment għal xogħol imwettaq minn Kunsill Lokali li miegħu tant kien jaħdem fil-qrib meta kien ministru.

Nirringrazzjak talli sibt ħin tippubblika l-ittra tiegħi.

One thought on “L-ex-Ministru Nazzjonalista George Pullicino seta’ evita jagħmel kumment ta’ “shame” lejn il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *