Kieku għajjat elezzjoni, il-PN kien ser ikun qed joħroġ inqas kandidati mill-2017

Messaġġ minn qarrej ta’ dan il-blog.

Teknikament, il-Prim Ministru Dr. Robert Abela kellu sal-lum, it-Tlieta, 26 ta’ Ottubru biex jsejjaħ elezzjoni kieku ried jagħmilha fl-aħħar Sibt ta’ Novembru kif kien qed jingħad. Issa nafu, anki wara li kien hemm talba fuq dan il-blog, li l-Prim Ministru stess qal li mhux ser ikun hemm elezzjoni din is-sena. Il-liġi elettorali titlob minimu ta’ 33 jum minn meta l-Prim Ministru jgħajjat elezzjoni u l-ġurnata li ssir fiha ssir l-elezzjoni.  

Mela kieku għamel hekk, il-Partit Nazzjonalista kien ser ikun qed joħroġ inqas kandidati għal din l-elezzjoni mill-2017.

Mela sa issa, il-Partit Nazzjonalista ser ikollu 108 kandidatura għall-elezzjoni ġenerali. Minn dawn, ser ikollu 36 kandidat li ser jikkontestaw fuq żewġ distretti jiġifieri b’kollox ser ikun qed joħroġ 72 kandidat biss. Għawdex ser jikkontestaw 6 kandidati biss, tnejn minnhom huma nisa u huma Maltin.

Fl-elezzjoni tas-sena 2017, kellu 170 kandidat fosthom kien kandidati tal-Partit Demokratiku ta’ Marlene Farrugia.

Leave a Reply