L-iljunfant ta’ Cylde Caruana u ta’ Beppe Fenech Adami

Blog post minn osservatur politiku

Il-Ministru tal-Finanzi qalilna li anke hu qed jara ljunfant. Jiena niftakar tajjeb lil Beppe Fenech Adami jara l-iljunfanti fil-kmamar tad-Dar Ċentrali. Clyde Caruana qed jara iljunfant fil-pajjiż u mhux bejn xi erba’ ħitan.

Il-Ministru Caruana l-iljunfant li qed jara hija l-edukazzjoni f’pajjiżna. Beppe Fenech Adami kien jara bniedem f’forma ta’ iljunfant għax f’kull laqgħa tal-esekuttiv tal-partit tiegħu kien jara dejjem iljunfant u ħafna drabi aktar minn darba waqt l-istess laqgħa.

Fenech Adami sikwiet kien jgħid li Adrian Delia kien l-iljunfant fil-Partit Nazzjonalista. Dan kien itennih fl-esekuttiv kif ukoll fil-laqgħat tal-grupp parlamentari. Imma ma kienx jgħidhom fil-pubbliku. Għal kuntrarju Clyde Caruana jgħid pubblikament li għal Malta l-edukazzjoni saret dak l-iljunfant stramb li qed jinkwieta lill-Gvern u lill-pajjiż.

Bejn dawn iż-żewġ personaġġi dak li jgħaqqadhom huwa li t-tnejn li huma qegħdin fil-politika u huma t-tnejn membri tal-parlament. Imma imbagħad hemm differenżi kbar bejniethom. It-tnejn tkellmu fuq l-iljunfant, imma wieħed qala’ b’mod miftuħ biex ikun jafha kulħadd u ħafna minn dawk in-nies qablu miegħu u fehmu sewwa l-interpretazzjoni tiegħu tal-iljunfant fil-pajjiż.

Caruana qal hekk għal skop tajjeb, dak li jagħmel lill-Ministri madwaru u allura lill-Gvern, ħafna aktar konxju tal-problema li qed taffettwa lill-pajjiż. Mhux talli hekk talli semma wkoll u ta l-opinjoni tiegħu ta’ x’jista’ jsir u ma għandux isir għal ġid tal-pajjiż.

Għall-kuntrarju, l-iljunfant li kien jara Fenech Adami dejjem żammu mistur ġewwa. Qatt ma semmieh pubblikament imma kien isemmi l-iljunfant bejn l-erba’ ħitan u f’laqgħat suppost magħluqin imma mtaqbin aktar mill-passaturi kollha immaġinabbli.

Għall-kuntrarju wkoll, Fenech Adami qatt ma kellu xi intenzjoni tajba x’għandu jagħmel lill-iljunfant li kien jara. Qatt ma qal x’ma għandux isir. Dejjem għajjat x’għandu jsir biex jeqred l-iljunfant li kien jara hu, mill-kamra fejn kien ikun hu. Għall-kuntrarju ta’ Clyde dan ma semmiex l-iljunfant biex jara x’jista’ jagħmel biex forsi joħroġ xi ftit ġid.

Dan kien jgħid biss li l-iljunfant kien il-bidu u t-tmiem ta’ kollox u kien hemm bżonn li jsir xi ħaġa biex hu ma kienx jibqa’ jarah dan l-imbierek ta’ iljunfant.

Fil-fatt Beppe ħadem kemm felaħ biex warrab lill-iljunfant li hu kien jara. Għamel ħiltu kollha biex l-iljunfant jisparixxi għal kollox mix-xena politika imma, għax ix-xitan kelb, se jkollu jtellaq miegħu fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.

Leave a Reply