Where your opinion counts

Qed nipproduċi ittra mingħand gwardjan il-ħabs dwar il-liċenzja għall-użu u ġarr ta’ armi

Gwardjan li jaħdem il-ħabs kitibli u qalli dan li ġej:

Għażiż Dr. Mercieca,

Jien gwardjan li naħdem il-ħabs. Qed isir ħafna diskors dwar il-fatt li aħna nġorru l-armi u qed tingħata l-impressjoni fil-media li dan hu xi ħaġa kontra l-liġi. Aħna nies tas-servizz. Jien naħdem f’korp iddixxiplinat u għandi l-permess li nġorr l-armi. Bħali għandu dritt id-direttur u persuni oħra li jaħdmu fil-ħabs. Issa l-fatt li d-direttur inzerta ex-kurunell hu rrelevanti. Anki jekk ma kienx fl-armata, bħala persuna u uffiċjal tal-ħabs għandu d-dritt li jġorr arma fuqu. Mhux ser insemmi ismijiet, imma kull uffiċjal li daħal fil-ħabs għandu d-dritt biex iżomm arma u huwa l-liċenzjat biex iżommha. Qed nibgħatlek kopja tal-liċenzja tiegħi. Fiha tara li aħna għandna dritt li nġorru arma imma l-liċenzja torbotna kif nużawha. Nista’ nassigurak li ħadd qatt ma abbuża fl-użu tagħha, mid-Direttur l-isfel. Anzi d-Direttur, għaliex ġej mill-armata jagħmlilna premura kif għandna nżommuha u jinsisti li nimxu mar-reġoli tal-użu tal-armi b’mod skrupluż ħafna.

Nagħlaq billi ngħidlek li, kull uffiċjal li jingħata l-permess biex iġorr arma jieħu taħriġ ta’ kif użaha u fuq kollox, jiġi mgħallem dwar is-sitwazzjonijiet differenti li jista’ jsib ruħu fihom. Fuq kollox, dan it-taħriġ ma jingħatax darba sakemm jikseb il-permess, imma jsir b’mod reġolari skont normi internazzjonali.

It-taħriġ tal-uffiċjali ma jieqafx mat-training tal-armi, imma wkoll jingħataw taħriġ ta’ ‘first aid’, saħħa mentali , tifi tan-nar u taħriġ ieħor.

Qed ngħid dan kollu, għaliex dawn l-affarijiet ma jingħaddux fil-media.

Nirringrazzjak.

One thought on “Qed nipproduċi ittra mingħand gwardjan il-ħabs dwar il-liċenzja għall-użu u ġarr ta’ armi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *