Where your opinion counts

Il-magistrata Rachel Montebello titlef il-kontroll tal-awla

Il-bieraħ kellna rapportaġġ ta’ dak li ġara fl-awla tal-Maġistrata Rachel Montebello. Quddiemha kienet tinstema l-kawża ta’ libel li qed jagħmel Dr. Owen Bonnici, ex-Ministru tal-Ġustizzja kontra l-avukat Jason Azzopardi.

F’mument minnhom, din il-kawża spiċċat f’ħafna għajjat li mhux ta’ ġieħ għall-istess qorti. Ġlieda sħiħa bejn l-attur, jiġifieri Dr. Owen Bonniċi u l-avukat tiegħu u l-konvenut, jiġifieri Dr. Jason Azzopardi u l-avukat tiegħu Dr. Joe Zammit Maempel. Infakkar li l-avukat ta’ Bonnici hu Dr. Pawlu Lia. Il-gazzetti kollha jgħidulna li s-seduta spiċċat iddominata minn insulti. Fi kliem, spiċċat f’burdell sħiħ.

Dak li ġara fl-awla l-bieraħ żgur li ma jawgurax tajjeb lill-istess qorti u jitfa’ dell ikrah fuq dawk l-imħallfin u maġistrati li jistmgħu lil kulħadd l-istess u b’dinjita’ u huma mparzjali. Biss nistaqsikom. Immaġinaw jkun xi ċittadin, fuq il-pedana tax-xhieda jew konvenut fl-awla u jagħmel ix-xenati li saru l-bieraħ fil-qorti. Jien niftakar li darba tlajt il-qorti u għax għidt kelma meta ma kienx il-lok tiegħu li nitkellem, il-maġistrata qaltli li nqażżiżha u ser titfani l-barra! Taqbel jew ma taqbilx, l-impressjoni li qed tingħata, anki jekk mhix minnha, li fil-qrati tagħna mhux kulħadd hu smat l-istess.

Sfortunament, ġa din l-maġistrata għandha llum warajha sejjer ta’ digrieti li huma arbitrarji ħafna. Lil ċertu ġurnalisti li jmexxu n-narrativa ta’ Jason Azzopardi qatt ma qegħdithom taħt disprezz anki jekk kisru xi digriet tagħha u ppubblikaw affarijiet li hija għamlet divjit fuqhom biex ma jkunux ippubblikati jew ippubblikaw affarijiet li mhux minnhom.

Infakkar li fil-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, mhux l-ewwel li din il-maġistrata waħħlet multa lill-avukati tiegħu għaliex fil-fehma tal-qorti, dawn qalu xi kelma – u mhux insulti – li skont l-istess maġistrata, kienet barra minn lokhom.

Fuq kollox, din hija t-tieni darba li f’din il-kawża kien hemm din it-tip ta’ mġieba. L-ewwel darba kien fis-smigħ li sar f’Ġunju li għadda.

One thought on “Il-magistrata Rachel Montebello titlef il-kontroll tal-awla

Leave a Reply to qurdina Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *