Il-Ministru tal-Ġustizzja għandu jinvestiga t-tberbiq ta’ flus il-poplu fuq kawża inutli tal-puliżija kontra Yorgen Fenech
Il-bieraħ kellna t-tkomplija tas-smigħ tal-kawża kriminali li l-pulizija qed tagħmel kontra Yorgen Fenech fuq allegat misapproprijazzjoni ta’ 5000 euro. Mela biex wieħed jifhem. Is-sidien ta’ din il-kumpanija huma Yorgen Fenech u z-ziju tiegħu Ray Fenech. Xi ħadd għamel rapport li wassal biex il-pulizija bdiet tfittex kriminalment lil Yorgen Fenech u takkużah b’serq jew misapproprija ta’ flus mill-kumpanja tiegħu stess. Skont id-difiza l-ammont li qed tgħid li Yorgen Fenech seraq hu ta’ 5000 euro jew inqas!
Illum kellna t-tkomplija tal-każ. Is-smigħ ta’ din l-kawża kien segwit mill-Malta Today u ta’ dan nirringrazzjahom. Ma nafx kemm il-uffiċjal pubbliku u tal-banek ittellgħu jixhdu. Ma nafx kemm ir-rapport sar u qed isir.
Jista’ l-Ministru tal-Ġustizzja kkonċernat jgħidilna kemm qed tiġi tiswa din l-kawża lill-poplu Malti? Insa l-ħaddiema tal-banek u oħrajn li qed jitilgħu l-qorti u jaħlu ġurnata xogħol anki jekk numru minn dawn jaħdmu direttament jew indiretta mal-gvern.
Sew jagħmlu l-pulizija li jipproċedu kontra misappropriazzjoni ta’ flus. Imma sew li fuq allegat misappropriazzjoni ta’ 5000 euro, minn persuna li hu s-sid tal-kumpanija tiegħu stess, l-istat jispiċċa joħroġ flus ħafna aktar mill-allegat serq li qed jingħad li sar?
Dak li hu minnu u dan ħareġ ċar illum fil-qorti li fuq din l-inkjesta qed jinħlew eluf u eluf kbar ta’ euros u qed itellgħu mill-inqas għaxra min-nies fuq ħamest elef euro! Anqas ħaqq il-ħaddiema, jridu jilbsu s-suit u jitilqu mix-xogħol biex jitilgħu jixhdu. Mhux sew li hemm ħafna pulizija onesti li qed ikollhom isimhom mtebba’ minn xi ħadd li jrid jużahom, biex jagħmel show u dan ix-show qed jisplodi f’wiċċu. Infakkar li barra s-smigħ tal-lum, hemm żewġ smigħ oħra ġa pprogrammati fuq din il-kawża. Wieħed fis- 27 ta’ Ottubru u l-ieħor fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru.
Issa s-sabiħa hija li l-Malta Today li tatna bid-dettall ta’ dak li ntqal illum fil-qorti rigward din il-każ indunat li qed taqa’ għar-redikolu tant li neħħiet il-kummentarju kollu li kien ta l-ġurnalista Luke Vella dwar dan is-smigħ. Daqshekk saret irrelevanti din il-kawża li qed tagħmel il-pulizija kontra Yorgen Fenech u li għaliha l-poplu Malti qed iħallas eluf ta’ euros mit-taxxi tiegħu.
Imbagħad għax nitkellem fuq dawn l-affarijiet ma trid xejn li ssib lil xi ħadd u jitlob li nkun mqiegħed taħt disprezz tal-qorti, bħal li kienu l-qorti mhux imħallas mit-taxxi tiegħi u tagħkom.
Mela xi nighdu ghal flus ta xejn li intefqu fuq Daphne.
IL Qrati IL Pulizija u IL Media huma Sangue sugi mil flus Tal Popli