Nikxef aktar qerq dwar il-ħabs: l-allegazzjoni falza li kienet saret dwar persuna mejta li nħarġet mill-ħabs
Tiftakruha l-allegazzjoni li kienet saret fuq il-ħabs? Kien intqal li kienet inħarġet persuna mejta mill-ħabs. Din hija biss allegazzjoni falza.
Persuna li tinsab il-ħabs fuq qtil doppju, Brian Vella, talab lill-qorti biex tiftaħ inkjesta fuq il-ħabs. Din l-istorja kienet ingħatat prominenza f’The Times.
Fost l-allegazzjonijiet li dan il-priġunier kien għamel kien hemm dik li nħarġet persuna mejta mill-ħabs. Dan hu dak li ġie rrappurtat dwar dan il-każ f’The Times fl-1 ta’ Mejju 2021.

Fil-verita’ ma kienet inħarġet l-ebda persuna mejta mill-ħabs. Dak li kien ġara kien li kienet saret sezzjoni ta’ training u l-persuna li kienet suppost mejta kienet pupu!
Bħala prova ta’ dan qed inġib ir-ritratti tal-pupu li ntuża f’din is-sezzjoni ta’ taħriġ.
