Min hemm wara l-ispoofs? Issa ħiereġ ċar li la jien u l-anqas Yorgen Fenech ma aħna warajhom.
Tiftakru meta kont ġejt implikat li jien qiegħed wara l-famużi spoofs? The Times kienet anki semmietni b’mod indirett. Basta l-media tħammeġ lin-nies!
Kont anki rċevejt messaġġi jekk jien nafx min hemm wara dawn l-ispoofs. Jien ma nafx min hemm warajhom. Jien inħalli lill-pulizija jinvestigaw. Dak li nista’ ngħid li ma nħobbx nispekula.
Biss ħa ngħid x’naħseb fuq din l-istorja kollha. Ma naħsibx li xi ħadd li jikteb taħt ismu ser jagħmel dawn l-ispoofs jew jikteb fake messages fl-anonimat.
Infakkar li meta kien saru l-ispoofs, ftit tal-ġimgħat ilu, kienet ġie organiżżata konferenza minn Repubblika, Manuel Delia u sieħbu Fr. Joe Borg. Kien il-Ħadd u din saret biex jimplikawni f’din l-istorja u b’mod indirett jgħidu li l-persuna li qed tagħmel dawn l-ispoofs huwa jien. Fiha kienu implikaw ukoll lil Yorgen Fenech li qiegħed warajhom. Ara dan kif jista’ jagħmel dawn l-ispoofs mill-ħabs! Issa ħiereġ li dan kollu kien gideb u qlajjiet.
Illum jidher li din l-istorja intużat mill-media biex tinfluwenza lill-poplu kontra Yorgen Fenech. Issa spiċċat li qed tisplodi f’wiċċhom.
Imbagħad dawn iriduha tal-investigaturi imma ħlief iħammġu lin-nies biex jgħattu xturhom ma jafux.
Biss kif jgħid il-Malti, iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.