L-istorja li żvela dan is-sit dwar ġbir informazzjoni ta’ natura pedofelika fil-ħabs illum tinsab fil-Malta Independent
Dan is-sit żvela kif priġunier qed ikun investigat fuq materjal li huwa ġabar materjal ta’ natura pedofelika minn fuq it-television.
Illum din l-istorja spiċċat fuq il-Malta Independent. Sorsi qrib il-pulizija li qed jinvestigaw dan il-każ qed jinvestigaw kif dan il-priġunier partikolari kien joqgħod jara t-television u jieħu noti dwar n-nies, inkluż ġurnalisti u jekk dawn kienu jkunu qed jitkellmu fuq it-tfal tagħhom kien iniżżel noti u anki kien jikkodifika kollox. B’hekk ikkrea faxxiklu pjuttost oħxon.
Minn informazzjoni li ġabar dan is-sit, dan il-priġunier ħa noti fuq tfal ta’ personaġġi minn kull kamp. Minbarra ġurnalisti, membri tal-ġudikatura, nies mill-qasam tal-ispettaklu u tat-televiżżjoni u kien iżomm dettalji fuqhom u fuq uliedhom. Kollox miktub fuq karti A4. Kien juża anki sistema ta’ kuluri u codes biex jindika jekk humiex subien jew bniet.
