Kif inġabret id-data relatata mal-pedofelija fil-ħabs

Jien ġejt mistoqsi minn qarrej ta’ dan il-blog kif seta’ priġunier jiġbor materjal relatat ma’ pedofelija minn fuq it-television. Edmund Darmanin kiteb hekk:

Dak li ma jafx Darmanin u oħrajn li għamlu din il-mistoqsija li hemm mod aktar ridumentari fejn wieħed jara t-television u jibda’ jiġbor informazzjoni u jaħżina fuq dak li jisma’ jew jara fuq it-television dwar in-nies u t-tfal tagħhom.

Forsi wieħed jgħid li dan ma jammontax għall-abbuż. Biss jekk persuna tinstab li tiġbor informazzjoni fuq numru ta’ personaġġi magħrufa, inkluż ġurnalisti (minbarra ħabsin) u fuq l-informazzjoni li tibda tiġbor jkun hemm hemm anki informazzjoni fuq it-tfal tagħhom, jibda’ jkollok suspetti.

Fuq kollox, dan ġa kellu każijiet simili fil-passat fejn kien hemm akkużi li wża l-istess metodi li jidher li uża fil-ħabs. Hu kien ġie akkużat dwarhom fil-qorti. Għal min irid jaqra x’ġara fl-imgħoddi, qed inġib l-artikli li dehru fil-medja dwaru. Dan kien deher f’The Times fl-2012.

https://timesofmalta.com/articles/view/former-nurse-used-hospital-information-on-children.406791

Dan l-artiklu f’The Times kien dwar l-imġieba ta’ dan il-priġunier u kif dan kien jiġbor informazzjoni dwar tfal li jilgħabu f’tim tal-futbol. Dan l-artiklu kien spiċċa suġġett ta’ kumment ta’ Andrew Azzopardi.

Dan l-istess priġunier kien għal darba oħra fl-aħbarijiet fl-2017 fuq każi ieħor simili. Hawn l-istorja f’The Times.

https://timesofmalta.com/articles/view/drug-bonanza-child-pornography-and-80000-in-cash-found-in-birzebbuga.656767?fbclid=IwAR3vKiamzqxGUXnqf-UDxy3VQ94PYjt2OQ8PMNy-pb3XTzj4EPl4qnB8iBI

Naħseb li dawk li staqsewni kif jista’ jkun li television jintuża biex jinġabar materjal fuq in-nies u t-tfal tagħhom għandhom it-tweġiba. Dan il-materjal kollu li nġabar issa fil-ħabs ġie mgħoddi lill-pulizija u issa trid tara l-pulizija jekk hemmx bażi li tipproċedi jew le.

Żgur li ħadd ma jista’ jgħid, jekk dan kollu hu minnu, li din kienet azzjoni minn xi bniedem stupidu!

Leave a Reply