Jien mhux ipprivileġġjat bħal Fr. Joe Borg: ma għandix kuntatt dirett mal-Kummissarju tal-Pulizija u l-anqas irridu.

Illum Fr. Joe Borg qalilna li meta Newsbook irċieva t-telefonati li fihom, vuċi animata, qal biex jieqfu jiktbu dwari, Yorgen Fenech, Alex Dalli u dwari, Fr. Borg qalilna li huwa ċempel lill-Kummissjarju tal-Pulizija u dan mill-ewwel qabbdu mal-assistent kummissarju tal-Pulizija, Theuma.

Għażiż Fr. Borg, issa ser nibda nitkellem u nargumenta bħalek. Nibda biex infakkrek fuq dak li għidt illum li lilek riedu jtellgħuk il-qorti fuq li ktibt u qed tikteb fuq Yorgen Fenech. Lili mhux qalulu li ser intellgħuni l-qorti imma tellgħuni l-qorti u l-media tiegħek għamlet festa. Waqt li int għandek id-dritt li tgħid li trid fuq Yorgen Fenech – u nissupportjak fuq dan id-dritt – jien għandi d-dritt daqsek li nikteb fuq kif naħsibha fuq dan il-każ. Biss infakkrek li dan il-bniedem l-anqas għadu nstab ħati u inti ġa għamiltu ħati mingħajr l-anqas biss smajt il-verżjoni tiegħu. U għal ġieħna, int bil-kullar.

Biss bil-mod li tkellimt illum fuq Newsbook urejt li inti verament pprivileġġjat. Tant hu hekk li inti stess għidt li kkuntattjat lill-Kummissarju tal-Pulizija direttament bit-telefon. Illum ikkonfermajt li inti għandek il-privileġġ li tikkuntattjah x’ħin trid u meta jogħġbok.

Ara jien, għaddejt mill-istess esperjenzi li għaddejtu intom ta’ Newsbook. Irċevejt l-istess tip ta’ telefonati. Bħal kull ċittadin ieħor f’Malta, meta jirċievi telefonati ta’ theddid, kelli mmur l-għassa tal-pulizija biex nagħmel rapport. Ma stajtx nagħmel bħalek u nċempel lill-kummissarju tal-pulizija direttament u l-anqas irrid.

Il-Ħamis li għadda, meta mort għamilt ir-rapport, kelli nistenna barra l-għassa fix-xita u fil-kju għaliex minħabba l-Covid, persuna waħda biss tista’ tidħol fl-għassa tal-Imsida fejn għamilt ir-rapport. Domt tliet kwarti nistenna barra għax qabli kien hemm persuna oħra u kien hemm pulizija wieħed biss wara l-counter.

Ir-rapport tiegħi ħadu sempliċi pulizija u mhux l-Assistant Kummissarju Theuma – bħal ma ħa r-rapport tiegħek. Għax meta persuna tkun ġurnalista li tigdeb fuq in-nies, (kif infakkrek gdibt fuqi mingħajr ma semmejtni) dan il-ġurnalist jidher li llum jista’ jkollu kuntatt dirett mal-Kummissarju Gafa’ u ma xi Kummissarju Ewropew.

Kemm ngħidlek li għall-ewwel kien anki diffiċli għalija biex il-pulizija jeħodli r-rapport dwar dawn it-telefonati. Domt aktar minn kwarta nispjegalu għaliex ħa ngħiduha kif inhi, u hawn kellu raġun, il-pulizija, f’dak li rċevejt ma hemmx theddid dirett meta talbuni biex nieqaf niddefendi lis-sur Alex Dalli. Biss meta nduna bil-gravita’ tas-sitwazzjoni, għaliex l-ewwel telefonata ġiet min-numru tad-depot, kien diliġenti ħafna. U beda jċempel lis-surġent (jew surġenta) li kienet f’uffiċju ġewwa. Fil-waqt, li min rgħajja ċempilt id-depot u qabduni mas-Cyber Crime Unite.

Taf fuq xix missu tkellem Fr. Joe Borg. Għax ma tkellimx fuq d-data li kien fih il-kompjuter ta’ Daphne u għala din ġiet imħassra? Għala l-pulizija jew l-maġistrat inkwirenti ħalla data bħal din tiġi mħassra? Ara fuq dawn l-affarijiet, l-istazzjon tal-Knisja Maltija li suppost jgħid il-verita’ ma jitkellem xejn. U mbagħad ħalli għall-media biex tibni n-narrativa tagħha.

Illum ikolli nikkonkludi li mhux ta’ b’xejn li Fr. Joe Borg għandu t-telefon dirett mal-Kummissarju tal-Pulizija. X’tistenna minn ġurnalista li f’dan il-każ ħlief jiddifendi din l-investigazzjoni fażulla mhux qed jagħmel.

Infakkar lil Fr. Joe Borg, li l-imħallef Laurence Mintoff ta ħasla papali lil dan il-kummissarju tal-pulizja għal mod kif mexxa u qed imexxi l-investigazzjoni fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ara issa fejn spiċċat il-knisja. Ħafna nies ma għadhomx jemmnuha u anki int tidher li tlift il-fiduċja fiha għaliex f’ħajja ġdida għidtilna li tixtieq tkun qassis mara – Buddista!

Il-Knisja Maltija saret istituzzjoni sinominu mal-gideb. Issa ħa jieħu pjaċir l-arċisqof Scicluna li grazzi għal nies bħalek, Fr. Borg, irnexxilkom tniżżlu lill-knisja Maltija f’dawn l-abbissi kollha u ġiet fi stat ta’ irrelevanza assoluta. Deo gratias!

One comment

Leave a Reply