Il-persuna li fiċ-ċella tagħha nstab dak id-dossier fuq it-tfal kien ikkundannat fuq pedofelija fl-2015.
Fl-1 ta’ Ġunju tal-2015, il-persuna li llum qed tkun akkużata li ġabret informazzjoni fuq persuni u t-tfal tagħhom kienet ġiet akkużata quddiem il-maġistat Neville Camillieri minħabba li fost l-oħrajn, u hawn ħa nikkwota mis-sentenza li ta l-istess maġistrat (illum imħallef) Neville Camilleri, “wera dak il-materjal indeċenti ta’ persuni ta’ taħt l-eta'”.
Fuq kollox, l-imputat kien ammetta l-akkużi kollha, inkluż dik li kellu u wera materjal indeċenti ta’ persuni ta’ taħt l-eta’.
Minħabba dan ir-reat u reati oħra, l-imputat kien weħel multa ta’ 4200 euro u 42 xahar pruġunerija. Fuq kollox, ismu tniżżel fir-reġistru apposta fuq ordni tal-qorti.
Issa nispera li ma jiġix xi ħadd bħal xi Fr. Joe Borg, li l-istazzjon tiegħu qed ikun sponsorjat mill-Bank APS, biex jgħidli li jien qed naqbeż għal Alex Dalli għax qal li l-persuna li nstabulha dawk il-karti fil-pussess tagħha fil-ħabs huwa pedofil.