Kritika sottili minn The Journal kontra Joseph Muscat

Blog post minn osservatur politiku

Il-Partit Laburista attakka b’mod sottili lil Joseph Muscat. Artiklu f’The Journal, il-gazzetta bl-Ingliż maħruġa online mill-Partit Laburista, ippublikat artiklu fejn daret dawra mal-Partit Laburista kemm ilu fil-Gvern.

L-artiklu juża l-metafora tal-vapur li telaq fl-2013 u dak li għaddha minnu sal-lum, f’dak li jirrigwardja l-kaptan u n-nies ta’ madwaru fuq il-vapur. Baqgħu wkoll għaddejjin meta l-ewwel kaptan iffaċċja l-problemi u kellu jinbidel. Dan huwa attentat tajjeb mill-Partit Laburista biex jagħti l-impressjoni li qed jattakka lil Prim Ministru ta’ qabel, Dr Joseph Muscat.

Dan huwa attakk sottili fuq online portal qed jimmira għall-qarrejja mhux tradizzjonalment ġejjin mill-grassroots tal-Partit Laburista. Din hija strateġija sottili imma tajba li juża l-Partit Laburista li għalkemm qed jattakka, qed jagħmilha bil-metafora u b’mod mistur ħafna waqt li qed iwassal il-messaġġ lill-votant li mhux tradizzjonalment Labour.

U l-Partit Nazzjonalista x’qed jagħmel? Li kieku ried jibni fuq xi ħaġa, kellu ħafna mudelli ta’ suċċess li twettqu qabel. Kellu s-suċċessi ta’ Joe Saliba bħala segretarju ġenerali u bħala strateġista tajjeb ħafna.

Niftakruhom ir-rebħiet li għamel Joe Saliba fiż-żmien meta kien segretarju ġenerali. Il-Partit Nazzjonalista ma beniex fuq il-mudelli li ġabulu tant suċċessi. Issa qabad strateġija oħra. L-ewwel ried jimita f’kollox lil Joseph Muscat.

Issa qed jieħu pjaċir jgħajjar lil kull min jiġi quddiemu mingħajr ebda riserva. Din il-linja negattiva ma hu qed twasslu imkien. Żgur li mhux qed tattira votanti ġodda. Il-votant illum ma jridx jisma’ dak it-tip ta’ tgħajjir. Issa donna l-istrateġija qiegħda bbażata fuq erba’ min-nies skaduti li jieħdu l-aktar pjaċir meta jarmaw jgħajru lil kulħadd.

Dawn jogħxew joffendu bla limitu. Forsi qed jitħajru minn dawk li jxejru l-bandiera ta’ Repubblika. Jekk qed jimxu fuq il-linja ta’ Repubblika, jkun jaqbel għall-Partit Nazzjonalista li jitbiegħed kemm jista’ jkun malajr minnhom u ma jagħtihomx aktar importanza għaliex ser jiġrilhom bħal vapur Titanic, ser jegħrqu qabel idaħħlu l-vapur fil-port.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *