L-akkuża l-ġdida hija li jien qed naqbeż għal Alex Dalli għax qed jistma tajjeb lil Yorgen Fenech

It-truppa li tissapportja jew hija lluppjata bil-propaganda ta’ Manuel Delia wasslet biex tgħid li jien qed nissapportja lis-Sur Alex Dalli għaliex qed jistma’ tajjeb lil Yorgen Fenech jew kif inkiteb hawn tah, għaliex Alex Dalli u l-istaff tal-ħabs qed jieħdu ħsiebu tajjeb.

Jien ma nafx x’inhu jagħmel Alex Dalli fil-każ ta’ Yorgen Fenech. Meta kien hemm bżonn nikkritah fuq dan il-każ ikkritikajtu. Biss dak li nista’ ngħid hu li hu fid-dmir tas-Sur Alex Dalli u l-istaff li jieħdu ħsieb Yorgen Fenech, bħal ma għandhom jieħdu ħsieb kull pruġunier ieħor.

Tajba wkoll issa. Għax milli jidher, il-ħabs qed jagħmel xogħlu kif suppost fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, dan issa sar reat! Qed ngħid dan għaliex persuna, bl-isem ta’ Carmel Said akkużatni li jien qed nikteb kif qed nikteb fuq Alex Dalli, għaliex “is looked after” Yorgen Fenech fil-ħabs.

Infakkar lil Carmel Said li Yorgen Fenech għadu ma nstabx ħati. Hu qiegħed hemm għaliex il-qorti ma tridx tagħtih bail jew il-liberta provizorja. Infakkar li dawk kollha li huma akkużati jew marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma ngħatawx bail. Kull persuna oħra li għandu akkuża ta’ qtil ngħata bail. Biss għal nies bħal Carmel Said din hija t-tip ta’ ġustizzja arbitrarja li għandha f’Malta. Ovvjament jien ma naqbilx magħha.

Biss nixtieq ngħid lil Carmel Said li sa fejn naf jien, fiċ-ċella ma’ Yorgen Fenech hemm ħabsin oħra. Sa fejn naf jien, Yorgen Fenech ġieli spiċċa jieħu ħsieb ħabsin anzjani u bi problemi fiżiċi jew oħrajn bi problemi oħra li jkunu miegħu fiċ-ċella. Ara fuq dan ħadd ma jitkellem fil-media. Dak li trid tagħmel il-media huwa li tpinġi lil Yorgen Fenech bħala mostru.

Sa fejn naf jien hemm ħabsin, li qegħdin il-ħabs fuq kundanna (u mhux fuq bail) u dawn għandhom il-lussu li qegħdin f’ċella waħidhom. Wieħed minnhom – mill-informazzjoni li għandi – spiċċa anki ċempel lill-Peppi Azzopardi biex jgħidu kemm għandu kondizzjonijiet ħżiena fil-ħabs u kemm hu kattiv is-Sur Alex Dalli miegħu!

Jien mhux ser nidħol fil-mertu ta’ kif jitqegħdu n-nies fiċ-ċelel, biex għandha naqblu li persuna li qedha l-ħabs għaliex ma ngħatax il-liberta’ proviżorja għandha titqies u tkun smata differenti minn persuna oħra li qegħda fil-ħabs fuq kundanna.

Biss anki din id-differenza bażika llum tlifna li nagħmlu ġewwa pajjiżna.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *