Bernard u sħabu ngħataw ħasla minn The Shift minħabba l-kuntratt li sar mal-Corinthia dwar l-art ta’ Ħal Ferħ

Advertisements

Blog post minn osservatur politiku

Huwa ta’ sodisfazzjon li tirrejalizza li The Shift News taqra u tisma’ l-pariri ta’ dan il-blog. Qed ngħid dan għax Ms Caroline Muscat għamlet follow up ta’ wieħed mill-blogs li ppublika Dr Simon Mercieca. Qed nagħmel referenza għall-artiklu li kien deher fuq dan il-blog li għandu x’jaqsam mal-art ta’ Ħal Ferħ ħdejn il-bajja ta’ Għajn Tuffieħa. L-Oppożizzjoni tixtieq tara kambjament fil-mod kif se jitħallas dak dovut li l-Gvern ikkonċeda il-Grupp Corinthia dwar il-konverżazzjoni ta’ art pubblika li oriġinarjament din l-art kienet iddestinata għal skop turistiku u issa se tinbidel f’vilel lussużi.

F’risposti għal mistoqsijiet minn Shift News, il-Partit Nazzjonalista qal li waqt li jrid jara li art pubblika għandha tingħata biss meta neċessarju, ma jfissirx li meta tingħata ma jitħallasx il-prezz idoneu tagħha. Meta kien mistoqsi Dr Bernard Grech qal li l-€10.3 miljun miftiehem għandu jitħallas kollu bil-quddiem, imma mingħajr ma daħal f’aktar dettalji.

Il-Gvern ikkonċeda li din is-somma msemmija titħallas €1.3 miljun mal-firma tal-kuntratt, imma d-€9 miljuni l-oħra jitħallsu ftit ftit sa żmien ta’ għaxar snin. Sa issa l-Partit Nazzjonalista għadu ma ħareġ ebda stqarrija fuq dan il-ftehim skandaluż bejn il-Gvern u l-Grupp Corinthia. Ebda membru tal-parlament jew offiċjal tal-Partit ma ħareġ jitkellem jew jikkundanna dan il-ftehim. Kien biss Adrian Delia li, b’mod pubbliku, ħareġ jattakka dan il-ftehim oxxen.

Skond Caroline Muscat, Dr Delia fuq il-facebook page tiegħu qal, li dan il-ftehim jew arranġament mhux aċċettabbli. Dr Delia maqdar il-mod kif se jitħallas dan il-pagament, minħabba l-fatt li din l-art pubblika, kbira daqs erba’ grounds tal-football, se tingħata lill-Grupp Corinthia biex tinbidel f’kumpless ta’ vilel f’zona ekoloġika u rurali sensittiva. Il-pożizzjoni ta’ Dr Delia hija totalment differenti u tikkuntrasta ħafna max-xena muta li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit f’istanta oħra qabel, kien diġa’ oġġezzjona bil-qawwa għall-attentat ta’ Corinthia Group biex jibdel artijiet ġewwa l-bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan li fuqha hemm lukandi, f’appartamenti lussużi u residenzjali. Fil-fatt meta tressaq dan il-ftehim mal-Gvern ta’ Joseph Muscat fil-parlament, li kien jgħid li b’kemm tiswa €700 miljun art għat-turiżmu kienet se tinbidel f’żewġ blokkok ta’ appartamenti kontra pagament ta’ €17,000, ġie oġġezzjonat mill-Oppożizzjoni dak in-nhar.

Għaliex issa l-Oppożizzjoni waqgħet fil-muta? Barra min hekk, Caroline Muscat wriet rettezza ma’ Adrian Delia, għax tagħtu l-prosit talli kien l-uniku wieħed mill-Partit Nazzjonalista li kkundanna l-iskandlu tal-Corinthia waqt li tat ħasla lil Bernard Grech u sħabu li ma fetħux ħalqhom.