L-eks-gwardjan tal-ħabs, Emmanuel Cassar akkużat minn maġġur tal-ħabs li kien juża l-pepper spray aktar mid-deodorant

Fil-Facebook page tal-gazzetta Illum dehru numru ta’ nies jikkummentaw, inklużi ex-kollegi tiegħu u saħansitra kitbu li eks-gwardjan Emmanuel Cassar kien tkeċċa mill-ħabs u kien juża l-pepper spray fuq il-priġunieri qiesu qed juża d-deodorant. Fuq kollox kien hemm minn kiteb li Emmanuel Cassar kien jisfida lid-diretturi kollha tal-ħabs li ħadem magħhom.

Emmanuel Cassar huwa l-bniedem li l-bieraħ għamel akkużi serji kontra d-direttur tal-ħabs, Alex Dalli u l-assistent tiegħu Randolph Spiteri.

Lil xi whud li kkritikawh, Emmanuel Cassar irrispondihom b’lingwaġġ imżewwaq. Lil Dolores Cauchi għax ikkritikatu rrispondiha hekk:

Lil persuna oħra għax qabeż għas-Sur Dalli, is-Sur Emmanuel Cassar bagħtu jieħdu f’għoxx kemm għandu.

Caroline Cachia qaltlu li hu persuna giddieba. Caroline Cachia tidher li kienet taħdem il-ħabs. Hi fakkritu li kellu xi jgħid ma’ kull direttur li kien hemm fil-ħabs u kien jisfida lil kulħadd. Dan hu dak li qaltlu:

Tal-istess opinjoni huwa Radley Sway li jaħdem il-ħabs. Hu stqarr li Emmanuel Cassar hu giddieb kbir. Hu qal li anki fuq missieru gideb li kien gwardjan il-ħabs. Hu kompla jgħid li Cassar gideb fuq id-direttur tal-ħabs, inkluż fuq dak li kien hemm qabel. Sway żied li missieru kien ħallaslu l-pledge lil Cassar biex ma jeħilx il-ħabs. Il-mod kif irringrazzjah kien billi għamillu l-ħsara. Radley Sway qal li anki lilu ried jagħmillu l-ħsara meta ried jidħol jaħdem il-ħabs.

Fuq kollox, Martin Callus, li jaħdem bħala maġġur il-ħabs, akkużah li meta kien jaħdem il-ħabs, Cassar kien juża l-pepper spray aktar milli kien juża d-deodorat.

Fuq kollox, Martin Callus ma waqafx hawn. Hu għadda biex jitkellem dwar is-suċċessi li ntleħqu fil-ħabs kemm ilu jmexxi Alex Dalli. Bla tlaqliq Callus spjega kif inhija s-sitwazzjoni llum.

B’hekk wieħed jifhem l-aġenda li hemm preżentament li jerġgħu jagħmlu l-ħabs burdell ħalli minn kien qed jagħmel 15-il miljun euro fis-sena minn fuq id-droga jkun jista’ jerġa’ jibda jagħmilhom.

One comment

Leave a Reply