Id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli u l-kap tal-Amministrazzjoni Randolph Spiteri fetħu libel kontra Emmanuel Cassar u l-gazzetta Illum

Id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli u s-Sur Randolph Spiteri, li hu l-assistent tiegħu, kif ukoll huwa l-kap tal-Amministrazzjoni u l-Operat fl-istess ħabs fetħu kawża ta’ libel kontra Emmanuel Cassar u l-gazzetta Illum, wara dan allega mal-gazzetta li d-Direttur tal-Ħabs, Alex Dalli kien jhedded lill-ħabsin b’pistola. Hu allega wkoll li Dalli ħareġ lill-ħabsin għarwenin fil-bitħa u tahom xeba’ pipe ilma kiesaħ. Qal ukoll li kienu ħabsin tal-qalba li għamlu l-famuż siġġu tal-kastigi ġewwa l-ħabs. Hu għamel allegazzjonijiet oħra serji kontra Dalli.

Fuq kollox, Cassar semma wkoll lill-Assistant Direttur tal-ħabs Randolph Spiteri. Qal li dan iddieħaq b’mara li kellha problemi mentali u għamel allegazzjonijiet oħrajn fuqu. Fl-intervista li ta lill-Illum Cassar spiċċa biex sfida lil Dalli u lil Spiteri biex jiftħulu libell. Fil-fatt dawn fetħu libel kemm lil Cassar u anki lill-gazzetta Illum dwar din l-istorja.

One thought on “Id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli u l-kap tal-Amministrazzjoni Randolph Spiteri fetħu libel kontra Emmanuel Cassar u l-gazzetta Illum

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *