Qed tintalab li ssir “witch hunt” għal dawk il-kunsilliera Nazzjonalisti li vvutaw għal Samuel Azzopardi

Advertisements

Dan is-sit huwa informat li fuq chat privat għaddejja diskursata biex issir witch hunt għall-kunsillera Nazzjonalisti li l-bieraħ ivvutaw mal-Lejber. Naħseb li fil-każ ta’ Għawdex, aħjar jgħidu li l-Kunsilliera Laburisti ivvutaw man-Nazzjonalisti għaliex Samuel Azzopardi hu Nazzjonalist.

Biss dak li mhux qed jirrealizzaw li f’Għawdex, il-Partit Nazzjonalista irid ikollu jkeċċi nofs il-kunsilliera tiegħu għaliex nofshom ivvutaw lil Samuel Azzopardi.

Fuq kollox, f’Malta il-Partit Nazzjonalista jrid joqgħod attent hemm ser jagħmel caccia alle streghe għaliex l-anqas voluntiera ma għadu jsib. Aħseb u ara kemm ser isib nies li jkunu lesti li joħorġu għall-Kunsill Lokali.

Verament partit li ma jitgħallem qatt.