Where your opinion counts

L-allegazzjonijiet li għamel Emmanuel Cassar mal-gazzetta Illum fuq Alex Dalli mhux ta’ min joqgħod fuqhom

Illum, il-gazzetta Illum tatna storja dwar ex-gwardjan tal-Ħabs fejn dan qed jallega li d-direttur preżenti tal-ħabs, Alex Dalli daħħal revolver f’ħalq xi ħadd. Jekk din hija storja minnha, definittivament ta’ min jikkundannaha.

https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/63712/eks_gwardjan_jitkellem_dwar_alex_dalli_daal_larma_falq_priunier__jekk_mhux_se_toqgod_ta_nies_naliha_fuqek?fbclid=IwAR3zfa2DDB3vKvO4ds_eBfKeC1497tTxsdNBPtgFYagfFD1Tuow7qrIQUBc#.YWLGwxpBxPY

Biss il-problema hawn mhix l-istorja, imma min qed jgħidha. Ma rridx nidher li qed nattakka l-messaġġier, meta wieħed għandu jitkellem fuq il-messaġġ. Biss il-messaġġier irid ikun persuna ta’ reputazzjoni tajba biex dak li jgħid ikun jista’ jittieħed bis-serjeta’. Fuq kollox, wieħed irid ikun ċert li f’dak li qed jgħid ma hemmx konflitt ta’ interess.

Naf li s-sinjur inkwistjoni kien qed ikun mhux ħażin fuq it-television u saħansitra ħa sehem kontra allegazzjoni li kienu qed jinqatlu l-annimali u mar ma’ oħrajn jipprotesta quddiem l-animal welfare u s’issa għadna ma smajna xejn dwar dan il-każ u jidher li miet fuq ommu. Qed nġib il-filmat li jinsab fuq Youtube.

Biss hemm numru ta’ mistoqsijiet li wieħed għandu jistaqsi u janaliżża biex ikun ċert jekk dan hux każ minnu jew le. Hawn ta’ min jistaqsih jekk hux veru li kien tressaq PSC (jiġifieri quddiem il-Public Service Commission) u tkeċċa mix-xogħol minħabba każ ta’ vjolenza domestika?  Jekk din l-istorja hija minnha, allura wieħed irid jibda’ jieħu din l-akkuża b’ċertu kawtela. Biss din l-istorja żgur ma tikkostitwixx konflitt ta’ interess. Biss naħseb li dawn li ġej definittivament għandhom ċertu piż dwar dak li qed jingħad fuq il-ħabs.

Fuq kollox hemm stejjer li huma ftit inkwetanti. Waqt li din qedha bħalissa tissemma’ u ser inkun qed nikteb fuqha, hemm affarijiet oħra li mhux qegħdin jingħaddu. Barra dawk li qaluli nies fuqu fil-page tal-Facebook ta’ Illum dwar l-imġieba xejn sabiħa tiegħu, nixtieq nistaqsih jekk hux li għamel żmien jgħix ma’ mara ta’ priġunier? Jekk din minnha, din żgur hija gravi. Din l-anqas hija l-uniku storja li wieħed irid jistaqsi dwaru. Hemm ħafna aktar. Illum ser nitkellem fuq oħra biss. Il quddiem ser ikun qed nippubblika aktar. Verament, li din il-persuna għandha persuna tiġi minnha fil-qrib u li din il-persuna taħdem il-ħabs u li din il-persuna bħalissa għaddej minn proċeduri ta’ dixxiplina għaliex allegatament tat kambetta lil tfajla ġewwa l-ħabs u waqqgħaha? Jekk din minnha, din l-istorja tista’ tidħol f’kuntest ieħor.

Naħseb jekk dawn l-istejjer li smajt huma minnhom (u hemm anki aktar), wieħed irid joqgħod attent dwar l-intenzjoni wara din l-aħbar li dehret fil-ġurnal ILLUM.

Nispera li Illum ma tridx – f’isem il-progress – li l-ħabs jerġa jsir burdell. Aktar ma nisma’ stejjer aktar nemmen li hemm pjan ikkordinat u mmexxi fil-media biex ikun attakkat fuq min imexxi l-ħabs għax hemm min għandu interess li l-ħabs jerġa’ jsir burdell (fil-veru sens tal-kelma) bħal ma kien qabel ma ħa t-tmexxija Alex Dalli.

One thought on “L-allegazzjonijiet li għamel Emmanuel Cassar mal-gazzetta Illum fuq Alex Dalli mhux ta’ min joqgħod fuqhom

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *