Il-previżżjonijiet ta’ dan is-sit huma korretti: il-PN ser ikollu telfa ikbar mill-2017.

Il-bieraħ, mill-kalkoli li għamilt għidt li hemm gap ta’ 43,000 vot. Dan is-sit ilu jgħid li l-PN sejjer għall-elezzjoni u ser ikollu telfa ikbar. Illum Il-Malta Today ħarġet is-survey tagħha. Mhux biss ikkonfermat dan il-gap anzi qed tgħid li hu ta’ 50,000 vot. Dan il-gap jaqbel mad-differenzi fil-voti mogħtija f’surveys preċendenti. Dan ifisser li wara tmien snin ta’ Gvern tal-Lejber, il-PN sejjer għal elezzjoni u din id-darba t-telfa ser tkun ikbar minn dik tal-2017! Qatt ma ġrat fl-istorja politika li wara tliet elezzjonijiet, il-partit fl-oppożizzjoni ikabbar il-gap tiegħu fil-konfront tal-gvern.

One comment

  1. Jekk Dr Bernard għandu gap ĦAFNA akbar minn Dr Adrian, issa x’se jiġri.
    Nistaqsi jekk il-blue heroes immexxija minn dak li jitla Gerusalem u jimmedita, hux se jmorru jiġru għand l-Eċċellenza President?

    THE LION SLEEPS TONIGHT.

Leave a Reply