Ġanni Xkembri, espontent ewlieni tal-PN, nesa’ li f’Għawdex ġa hemm tliet kunsilliera li qed jitilgħu b’mod indipendenti

Ġanni Xkembri qed jikteb fuq dak li ġara l-bieraħ ġewwa Għawdex fejn Samuel Azzopardi tela’ president tar-reġjun ta’ Għawdex anki jekk ma kienx il-kandidat magħżul tal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista mexxa kandidat ieħor li ġie magħżul internament permezz ta’ sistema elettorali li nbiddlet għal tal-apposta biex tagħti vantaġġ lil dak il-kandidat li l-amministrazzjoni tal-partit riedet li jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista, anki jekk dak imbuttat mill-partit mhux bilfors jirrappreżenta x-xewqat tal-elettorat. Issa din is-sistema ser tkun introdotta fis-sistema ta’ kif ser ikun elett il-kap tal-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply