Il-PN jitlef il-Presidenza tar-Reġjun tat-Tramuntana

Kif ħabbart ukoll f’dan is-sit, il-PN kien qed jilgħabha fl-elezzjoni li saret il-lum biex ikun elett il-President tat-Tramuntana. Il-President ta’ dan ir-reġjun kien Nazzjonalista. Biss f’din l-elezzjoni, il-PN tilef il-presidenza ta’ dan ir-reġjun. Dan ir-reġjun intrebaħ mill-Partit Laburista. B’hekk għall-ewwel darba, il-president ta’ dan ir-reġjun ser ikun Laburista. Il-Kandidat Laburista għal dan ir-reġjun ġab 41 u dak Nazzjonalista ġab 34. B’hekk il-PN tilef dan ir-reġjun anki jekk għandu l-maġġoranza tal-kunsilliera.

F’dan ir-reġjun il-PN kellu maġġoranza ta’ tliet kunsilliera. Il-Lejber għandu 37 kunsillier u wieħed ma vvutax. B’hekk presumibilment 36 kunsillier laburisti vvutaw lil kandidat tagħhom. Biss peress li l-kandidat Laburista ġab 41, kien hemm 5 kunsillieri Nazzjonalisti li vvutaw lill-kandidat tal-Partit Laburista u mhux lill-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista. B’hekk 8% tal-Kunsilliera Nazzjonalisti vvutaw Lejber.

Din hija t-tieni telfa li ġarrab il-partit Nazzjonalista wara li tilef r-reġjun ta’ Għawdex. B’hekk issa, mis-sitt reġjuni, hemm president wieħed biss Nazzjonalista.

Din hija telfa kbira għal Bernard Grech u żgur vot ta’ sfiduċja fit-tim li għandu u li qed imexxu l-politika fil-Partit Nazzjonalista.

PS. Ir-riżultat uffiċjali huwa kif ġej: 41 għall-kandidat Laburista, 30 għall-kandidat Nazzjonalista u 3 voti invalidi.

One thought on “Il-PN jitlef il-Presidenza tar-Reġjun tat-Tramuntana

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *