Għada ħiereġ survey ieħor: distakk favur il-Lejber ta’ 43K

Għada ħiereġ survey ieħor u jidher li l-affarijiet ma huma xejn sbieħ għall-Partit Nazzjonalista. Il-previżjonijiet huma li jekk issir elezzjoni issa, il-Lejber ser jgħaddi lill-PN b’distakk ta’ 43,000 vot. Jekk din il-previżjonijiet ser tkun minnha, jkun ifisser li prattikament il-Lejber baqa’ fejn kien, imqabbel ma’ surveys oħra, biss il-PN ma avvanzax. Għada nkunu nafu jekk din il-previzzjoni hix ser tidher fir-riżultat ta’ dan is-survey tal-Malta Today jew le.

Dan is-survey ser ikun importanti għaliex issa kważi ċerta li l-elezzjoni ser issir fl-aħħar Sibt ta’ Novembru. Ma baqa’ xejn xi jżommha milli ma ssir. Il-Papa mhux ġej. Ġej tliet xhur oħra. Dan ifisser li l-elezzjoni ma tistax issir f’Marzu. Dak li jibqa’ huwa l-aħħar Sibt ta’ Novembru jew il-bidu ta’ Diċembru. Il-Prim Ministru żgur jipprova jevita l-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru ħalli ma jiġix wisq qrib il-festa tal-Kunċizzjoni. Wieħed irid jiftakar li hu ħiereġ fuq dan id-distrett li jinkludi fih lil Bormla li tkun qed torganizza din il-festa, li hija l-ewwel festa wara l-pandemija.

F’botta ċara għar-riżultat ta’ dan is-survey, Toni Zarb, l-ex-segretarju ġenerali tal-GWU tella’ post fejn qal bagħat messaġġ permezz ta’ stampa tal-iljun qed jgħatti għajnejh biex jgħid li dan ma jridx jara l-ġurnali minħabba r-riżultat tas-survey li ħiereġ għada.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *