Elezzjoni għall-kumitat Esekuttiv tal-Kunsilli lokali: Il-Kunsilliera Għawdxin kollha ħarġu jivvutaw

It-turnout tal-elezzjonijiet illum għall-membri fl-esekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali juru li l-kunsilliera Għawdxin kollha ħarġu jivvutaw. It-turnout kien ta’ 100%. Dan ifisser li l-kunsilliera Laburisti, Nazzjonalisti u dawk Indipendenti ħarġu jivvutaw. Turnout għoli hekk żgur imur favur il-kandidat indipendenti li ħareġ bħala president tar-Reġjun ta’ Għawdex, Samuel Azzopardi. F’Għawdex kien hemm l-elezzjoni kemm għall-president tar-reġjun u għall-erba’ membri li jridu jkunu eletti fuq l-Esekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

It-turnout f’Malta kien ftit inqas. F’Malta saret elezzjoni f’reġjun wieħed għall-president, dak tat-Tramuntana. Fl-erba’ reġjuni l-oħra ma sarux elezzjonijiet għax il-president ma kienx ikkontestat. Biss saru l-elezzjonijiet għall-erba’ rappreżentanti fuq l-Esekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali. Għal din l-elezzjoni kienu eleġibbli l-kunsilliera kollha.

Għal din l-elezzjoni, tlieta u għoxrin kunsillier ma ħarġux jivvutaw. L-ikbar ammont kien fil-Partit Nazzjonalista li kien jammonta għal ħmistax. Fil-Partit Laburista kien hemm tmien kunsilliera li ma ħarġux jivvutaw.

B’hekk il-Partit Nazzjonalista kellu l-ikbar ammont ta’ kunsilliera li ma ħarġux jivvutaw għal dawn l-elezzjonijiet.

Leave a Reply