Where your opinion counts

Diżappunt kbir għar-Repubblika: l-attivita’ ġewwa Ħal Qormi ma leħqitx l-iskop mixtieq

Dan is-sit jinsab infurmat li hemm disappunti interni kbar ġewwa l-għaqda Repubblika, wara li l-attivita’ organiżżata fil-qalba ta’ Ħal Qormi ma leħqitx il-miri mixtieqa. Din l-attivita’ ġiet fi tmiem tagħha u din l-esebizzjoni tneħħiet.

L-organiżżaturi tagħha ma stennewx li n-nies ta’ Ħal Qormi kienu ser ikunu daqshekk bierda għal din l-attivita’ tagħhom. Ħadd ma beda jieqaf biex jieħu leaflets marbuta ma’ din l-attivita’ jew jitkellem mar-rappreżentant ta’ Repubblika.

Anki jekk kien hemm attivista wara l-mejda biex tqassam il-leaflets u titkellem man-nies, in-nies ma resqux lejha biex jieħdu l-informazzjoni. Anzi kien hemm min ra din l-attivita’ bħala intopp li serqet parkings li huma tant prezzjużi u mfittxija f’din il-lokalita’, inpartikulari fil-qalba ta’ Ħal Qormi minħabba t-toroq dojoq li hemm u b’hekk dan jikkaġuna nuqqas ta’ parking.

Infatti f’mument minnhom xi ħadd saħansitra pparkja il-karozza quddiem il-medja li kien hemm armata bħala parti minn din l-attivita’ politika.

Fuq kollox, dan jikkonfermah l-istess ritratt li l-Għaqda Repubblika tellgħet tal-laqgħa li organizzat ġewwa Ħal Qormi. Minbarra s-siġġijiet miftuħa u vojta, (jiġifieri mingħajr nies fuqhom), jidhru wkoll siġġijiet stivati fuq xulxin li nġabu għax ħasbu li kien ser ikollhom aktar nies li normalment jirrikorru għal dawn it-tip ta’ attivitajiet u fil-fatt ma marrux. Fuq kollox, it-toroq tal-madwar huma baħħ.

One thought on “Diżappunt kbir għar-Repubblika: l-attivita’ ġewwa Ħal Qormi ma leħqitx l-iskop mixtieq

  1. Min jaf ghala.Forsi ghax dejjaqtu lil kullhadd.Fejn qatt rajna dan it tip ta movimenti fl antik meta kien hemm korruzjoni assoluta?….Qatt dik hi l verita kolla.Jekk tieqfu tiglorifkaw “blogger” li izjed maghrufa ghal libelli li tilfet u hnizrijiet li kitbet ghax ikollok opinjoni differenti u tghidu l verita kolla forsi fl ahhar jaghtu naqa kaskom.Dejjem se triritaw il nies genwini li hafna minnom spiccaw vittmi tal kitba korruta tagha.Semmu kollox u nies jibdew jisimaw.Ahbu l hnizirijiet tagha u tibqaw fejn intom…imma ma jaqblilomx ghax inkella jikontradixxu dak li qedin jghidu fuqa u in Mlata thats a big no no.Fejn irridu nghidu l verita kolla.Tant kemm huma irrelavanti dawn in nies li qas biss semmewa fuq gazzetti ohrajn din l attivita.Kullhadd jaf li din hija imexxija mil PN.Tehodiex bi kbir li huma stess qedin itawlu l kas gol qorti biex minalijom se jsibu xi tip ta simpatija minghand il maltin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *