71% tal-kunsilliera Għawdxin jivvutaw għal Samuel Azzopardi

Ir-riżultat finali ġewwa Għawdex huwa ta’ 49 vot għal Dr. Samuel Azzopardi u 20 vot għall-kandidat tal-Partit Nazzjonlista Robert Tabone. Kien hemm tliet voti invalidi.

F’Għawdex kien hemm numru ta’ voti li ġew mitqies dubjużi u dan tawwal xi ftit il-proċess sakemm ħareġ ir-riżultat aħħari.

Dan ifisser li numru ta’ Kunsilliera Nazzjonalisti Għawdxin ivvutaw kontra l-istess direzzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Wisq probabbli li l-voti invalidi huma mill-kamp Laburista. Dan ikompli jkabbar in-numru ta’ kunsilliera Nazzjonalisti li marru kontra l-istess direzzjoni tal-partit tagħhom stess.

Dan il-vot qed jitqies disfatta kbira għal Chris Said u l-politika tiegħu ġewwa Għawdex.

One comment

Leave a Reply