Ikompli l-gideb fuq il-ħabs. Din id-darba l-akkuża hija li l-ħabs huwa istituzzjoni omofobika

Il-kampanja ta’ gideb fuq il-ħabs ma tieqafx. Xi ħadd imur jgħid xi ħaġa u tara l-media kollha tinfexx tikteb fuq l-istess ħaġa mingħajr ma jkun iċċekkjat xejn. Wara li ġie mxejjen bħala li mhux vera li kien hemm persuna l-ħabs li nżamm tmien siegħat marbut ma’ siġġu, issa ħarġet storja oħra. Il-ħabs hu omofokibu. Dan għaliex persuna trans ma tistax titħalla b’parrokka.

Jafu l-ġurnalisti li x’qed jgħidu? Jafu l-ġurnalisti li l-ħabs hemm tliet persuni li huma trans? Sa fejn naf jien, dawn it-tliet persuni, li hemm bħal issa jinsabu fil-ħabs u li huma trans, kollha bix-xagħar.

Jafu l-ġurnalisti li fil-ħabs, persuna ma tistax ikollha parrokka? Din tgħodd għal kulħadd, hemm l-irġiel, in-nisa u anki jekk persuna hija transgender. Jafu li fil-ħabs il-parrokki huma biss permessi fuq ordni tat-tabib? Issa wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx ma dan ir-regolament. Nista’ nifhem li wieħed ma jaqbilx ma’ regolament bħal dan, biss ma jfissirx li min qed jimxi mar-regolamenti jispiċċa jiġi attakkat mill-media, għaliex hemm interess ħalli fil-ħabs jerġa’ tibda tirrenja ddisordini u l-ħabs jitmexxa mill-aktar ħabsin b’saħħithom kif kien jiġri qabel.

Biss ma nista’ nifhem għala qed tintalab inkjesta għaliex l-awtoritajiet tal-ħabs qed jesiġu li jkunu obduti r-regolamenti tal-ħabs. Fil-każ li hemm min ma jaqbilx ma’ dawn ir-regolamenti, kull ma għandu jagħmel hu li jitolbu tibdil tagħhom. Jekk l-oppożizzjoni ma taqbilx ma dawn ir-regolamenti għandha tmexxi kampanja fil-parlament biex jinbidlu.

Fi kliem ieħor, wieħed għandu jitlob it-tibdil tar-regolament u mhux juża l-fatt, li d-direzzjoni tal-ħabs qegħda issegwi u tara li jkunu obduti r-regolamenti interni, biex tkun attakkata t-tmexxija tal-ħabs għaliex illum il-ħabs hu ħieles mid-droga.

One comment

Leave a Reply