Mhux minnu li kien hemm priġunier li nżamm 8 siegħat marbut ma’ siġġu ġewwa l-ħabs

Bħalissa qed iddur fil-media l-istorja dwar priġunier – li l-isem tiegħu qed jinżamm fl-anominat – imma nafu li kien jieħu d-droga li qed jgħid li rabtuh u żammuh marbut, mas-siġġu “tal-kastig” għal tmien siegħat.

Dan is-sit fittex li jieħu l-verżjoni min-naħa tal-ħabs. Infatti meta tkellimt ma’ persuni qrib il-ħabs ċaħdu li qatt kien hemm xi priġunier li nżamm tmien siegħat marbut ma’ siġġu. Kien hemm persuna li verament inżammet marbuta fuq dan is-siġġu. Jien kont ġibt anki ritratt tiegħu. Din il-persuna inżammet għall-għoxrin minuta sakemm ikkalma. Din il-persuna kienet fi stat ta’ aġitazzjoni kbira.

Infakkar li persuni li jiġu marbuta sakemm jikkalmaw iseħħu anki f’Mater Dei. Ara dwar dawn il-fatti li nies jiġu marbuta mas-sodda ġewwa Mater Dei jew mal-istretcher, l-ebda ġurnalista ma jitkellem dwarhom. Ħadd ma jgħid li dan mhux sew. Imma meta dan jiġri fil-ħabs, kulħadd jgħajjat skandlu u tiġi interpretata bħala tortura.

Biss għal xi raġuni jew oħra, il-media tkompli b’dawn l-istejjer fuq il-ħabs mingħajr ma tfittex li tkun taf sew x’inhi l-verita’ jew tieħu l-verzjoni tal-ħabs. Imma l-agenda hija waħda: akkost ta’ kollox, iridu jaraw li jitkeċċa d-Direttur tal-Ħabs, Alex Dalli. Dan il-ġrazzi li qed jieħu talli ħeles lill-ħabs mid-droga.

Leave a Reply