Christian Peregin u l-liċenzja tat-television

F’dawn il-jiem, dan is-sit ippubblika l-aħbar, li Christian Peregin għadu qed jidher fil-qorti fil-kawża li Lovin Malta fetħet kontra l-fatt li l-Partiti Politiċi ikollhom l-istazzjonijiet tat-Television. L-uffiċju fejn jaħdem Peter Caruana Galizia qed jidher għall-Lovin Malta f’din il-kawża. Waħda mill-avukati li dehret għal-Lovin Malta hija Eve Borg Costanzi li qed tidher issa f’attivitajiet ta’ Repubblika.

Il-mistoqsija tiġi waħdiha. Ma jħossx il-Partit Nazzjonalista li hemm konflitt ta’ interess li l-istrateġista prinċipali tiegħu, Christian Peregin qiegħed jagħmel kawża kontra l-istess partit tiegħu stess. Infakkar li Christian Peregin għadu ma ddivestjax ruħu mill-istħma li għandu f’Lovin Malta.

Dak li nista’ inżid li dawn il-fatti qed iwasslu għal diċeriji li żgur ma jagħmlux ġid lill-Partit Nazzjonalista. Dawn id-diċeriji huma dwar il-fatt li din mhix kawża favur jew kontra l-pluraliżmu fix-xandir f’Malta. Imma hija kawża għaliex xi ħadd x’imkien għandu interess li jkollu liċenzja tat-television!

L-għajdut fil-kuruturi tad-Dar Ċentrali huwa li Christian Peregin tinteressah ħafna l-liċenzja tax-xandir, li nafu li bħalissa donnu hemm għeluq totali għal-liċenzji ġodda! Anki jekk dan mhux minnu, b’dak li qed jagħmel qed jagħti x’jifhem mod ieħor. Hu għalhekk importanti li Christian Peregin jiddivestja ruħu mill-istħma li għandu f’Lovin Malta – jekk irid jibqa’ jaħdem fil-PN u jieqaf jidher f’kawża kontra l-partit li bħal issa qed iħaddmu. Dan jgħin biex jieqfu dawn id-diċeriji.

Biss jekk verament l-għajdut jivverifika ruħu, jkun ifisser li LovinMalta jkunu wżaw persuna minn tagħhom, waqt li ttrasferew tlieta min-nies fid-Dar Ċentrali, biex imexxu l-aġenda personali ta’ Lovin Malta u mhux tal-Partit Nazzjonalista.

Hemm biża’ li l-istrateġija qed tkun imkejla tajjeb u tajjeb ħafna. Dawn huma diċeriji perikulużi ħafna. Dawn huma għajdut u dan hu ġa ta’ dannu għall-Partit Nazzjonalista. Jekk jivverifika ruħu, jkunu ta’ aktar dannu għall-istess Partit Nazzjonalista.

One comment

Leave a Reply