Ta’ Repubblika ser jorganiżżaw protesta kontra Rosianne Cutajar ġewwa Ħal Qormi

Dan is-sit huwa nfurmat li l-għaqda Repubblika ser torġaniżża protesta kontra Rosianne Cutajar ġewwa Ħal Qormi, eżattament fi Pjazza San Franġisk. Infatti, ġa twaħħlu s-sinjali tan- ‘no parking’. Jidher li l-lejla ser ikomplu jarmaw għal din il-protesta li wisq probabbli ser issir għada jew forsi fil-jum ta’ wara. Għall-inqas il-post ġie riservat mill-5 sat-8 ta’ Ottubru 2021.

PS. Dan is-sit jista’ jkompli jikkonferma li Repubblika ser jużaw Ħal Qormi bħala parti mill-protesta li qed jagħmlu. Fuq il-Facebook page, tellgħu li r-‘roving exhibition’ li għandhom, u li fiha hemm ritratt ta’ John Dalli, li kien joħroġ fuq din il-lokalita’ ser tmur Ħal Qormi.

One comment

Leave a Reply