Illum Christian Peregin deher fil-kawża kontra n-NET: l-uffiċju ta’ Peter Caruana Galizia qed imexxi l-kawża f’isem Lovin Malta

Illum kompliet il-kawża li Lovin Malta qed tagħmel biex jingħalqu n-NET u l-One: l-uffiċju ta’ Peter Caruana Galizia qed imexxi din il-kawża kontra l-Partit Nazzjonalista u l-One  għan-nom ta’ Lovin Malta.

Illum deher fil-qorti Christian Peregin, flimkien ma’ David Grech u Bettina Falzon. Dan ifisser li Christian Peregin għadu qed jidher bħala r-rikorrent għal Lovin Malta allavolja issa huwa mpjegat tal-Partit Nazzjonalista. Din il-kawża ser tkompli fid-29 ta’ Novembru.

Dak li hu interessanti li għan-NET qed jidhru bħala avukati Paul Borg Olivier u Veronica Perici Calascione. Min-naħa l-oħra, għal Christian Peregin u sħabu, qed jidhru Eve Borg Costanzi u s-sieħeb tagħha Matthew Cutajar. Dak li jrid jingħad li dawn jaħdmu fl-istess uffiċju ta’ Peter Caruana Galizia u li fih hemm ukoll Andrew Borg Cardona magħruf bħala l-Boċċa. Fi kliem ieħor din il-kawża kontra l-Partit Nazzjonlista qed imexxiha l-uffiċju li fih jaħdem Peter Caruana Galizia!

Dak li jrid jingħad hu li l-Partit Nazzjonalista qed jimpjega lil Peregin u qed jħallsu dawk il-flus kollha u fl-istess waqt Peregin għadu qed jidher għal-Lovin Malta f’kawża li Lovin Malta qed tagħmel kontra l-istess Partit Nazzjonalista biex dan il-partit ma jkomplix ixandar.

Jekk Peregin ma jemminx li partiti politiċi m’għandhomx ikollhom stazzjon politiku, għandu jaqbad u jagħlaq in-NET. Illum qiegħed f’pożizzjoni li jista’ jagħmel dan.

Issa nħalli għall-elettorat Nazzjonalista biex jifhem f’liema stat disastruz ġabet lill-Partit Nazzjonalista din l-amministrazzjoni preżenti! Qed tagħlef lil Christian Peregin biex jagħlaq l-istazzjon politiku tal-istess partit li qed iħaddmu. Fi kliem ieħor, minflok Christian Peregin jieħu ħsieb l-interessi tal-istess Partit Nazzjonalista, illum deher fil-qorti kontra l-interessi tal-Partit Nazzjonalista li qed jagħtih dawk l-eluf kollha fis-sena!

Verament ma jistax jaqa’ aktar għar-redikolu l-Partit Nazzjonalista milli waqa’ fih.

One comment

Leave a Reply