Il-PBS huwa l-ħtija għala l-Partit Nazzjonalista mhux qed javvanza mal-elettorat (L-ewwel Parti)

Minn osservatur politiku

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Bernard Grech, kellu ntervista mas-Sunday Times of Malta f’għeluq l-ewwel sena tiegħu. L-ewwel mistoqsija tirreferi lil Dr Grech għas-surveys li qed juru li ma hemm ebda differenza bejn illum u sena ilu. Mill-ewwel Dr Bernard Grech mar fuq id-difensiva u waħħal fix-xandir pubbliku li mhux qed iwassal il-messaġġ tal-partit tiegħu lill-poplu. U meta l-ġurnalist qallu li issa għandu ħafna aktar ħin fuq il-mezzi tax-xandir minn qabel kien kap u li xorta għandu inqas fiduċja tan-nies, it-tweġiba ta’ Dr Bernard Grech kienet li s-surveys ma humiex kompetizzjoni tas-sbuħija jew ta’ kemm ikollok airtime.

Għadu jgħid kif kien jgħid sena ilu, li dak li qed jgħid u jagħmel il-Partit Nazzjonalsita mhux jasal għand il-poplu. Biss waqt li waħħal fil-PBS kellu jammetti li jista’ jkun ukoll tort tal-partit stess. Jekk il-partit mhux se jara x’se jagħmel biex jgħaddi l-messaġġ ma’ kull tarf ta’ Malta u Għawdex, se tgħaddi l-elezzjoni u jibqa’ jgħid li l-messaġġ tal-partit ma wasalx.

Il-ġurnalist fakkar lil Dr Grech x’qal f’xi ndirizz minn tiegħu, li l-uniku possibilita’ biex jkun hemm bidla, din trid issir mill-Partit Nazzjonalista. Imma jekk Bernard Grech mhux qed jressaq nies qrib il-partit allura jfisser li l-istess partit ma jistax ikun il-bidla. Dr Grech wieġeb li nutli jkollok mitt NGO u mitt pressure group jekk dawn ma jkunux preżenti fil-Partit Nazzjonalista. Hu kompla jsostni li l-Partit Nazzjonlista huwa l-veikolu tajjeb għal kulħadd biex jingħaqad u jsiru vuċi waħda mal-partit.

Meta mistoqsi x’jaħseb dwar li Joseph Muscat diġa għajjat lil kulħadd madwaru imma jaf ukoll kif spiċċa, Dr Grech qal li dik hija l-problema kbira li għandu hu. Bernard Grech qal li l-ħsara li għamel Muscat lil Malta u lil politiċi ħoloq ħafna nkwiet. Il-poplu skond Bernard Grech ingidem b’Joseph Muscat u qed jibża’ minn dak li għad jista’ jiġri. U din hija sfida li hu qed jiffaċċja bħala mexxej politiku u kap tal-Oppożizzjoni, biex jikkonvinċi lill-poplu li mhux il-politiċi kollha huma korrotti.

Il-ġurnalista għamel referenza għal waħda mill-konklużjonijiet tal-inkjesta dwar Daphne Caruana Galizia fejn semmew li kien hemm wisq avviċinament bejn il-big business u l-partiti politiċi. Bernard Grech saħaq li hu ma hu se jħalli lil ħadd jikkontrollah la persuna u lanqas xi businessman. Hu qal li ma jrid lil ħadd jagħtih il-flus. Min jaf jekk hux se jiċċekkja jekk irċeviex xi donazzjoni minn xi big business fil-maratona.

Il-ġurnalist kompla li Sandro Chetcuti qal li huma l-politiċi li jiġru wara l-big business u biex jgħinuhom bir-rikjesti tagħhom. Dr Grech qal li hu jistenna li jkun hemm djalogu mal-businessmen għax dak huwa d-dover tal-politiċi.

Meta l-ġurnalist semma lil Joseph Portelli li javviċina lill-Oppożizzjoni biex imexxi l-proġetti tiegħu, Dr Grech qal li Portelli qatt ma daħal fl-uffiċju tiegħu ħlief meta l-Ħamrun ħadu l-league tal-football.

F’din l-ewwel parti tal-intervista tiegħu mill-ewwel tinduna li biex Dr Bernard Grech ma jiċċappas b’ebda mod, hu ta t-tweġibiet tiegħu billi dejjem mar fuq id-difensiva. Huwa qal li la hu u lanqas il-partit tiegħu qatt ma għamlu xejn ħażin imma dejjem ippriedka li hu kien dejjem fit-tajjeb u li ma għandux minn xix jiddejjaq.

Leave a Reply