Il-konferenza stampa tal-bieraħ tal-Partit Nazzjonalista tikser id-direttiva tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala “the right to disconnect”

Il-bieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni sejjaħ għall-konferenza stampa fejn fiha anki stieden il-korpi kostitwiti. Din il-konferenza stampa ġiet indirizzata fost l-oħrajn minn Mario De Marco. Għaliha attendew esponenti tal-korpi kostitwiti. Fost dawk li ġew mistiedna biex jattendu kien hemm l-Unions. Din il-laqgħa jew konferenza stampa talabha Bernard Grech stess. Biss minn informazzjoni li għandi, mhux kulħadd min-naħa tal-l-unions laqa’ bil-ferħ din l-istedina.

Ħa ngħidha kif inhi. L-union li ma laqgħetx din l-istedina bil-miftuħ kellha raġun. Mhux għaliex din l-union partikolari ma ridtx tiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni u tkun preżenti meta jkun varat dokument marbut mal-budget, imma minħabba d-direttiva Ewropea magħrufa bħala ‘the right to disconnect”. Fi kliem ieħor, l-Unjoni Ewropea qed tinsisti dwar id-dritt tal-ħaddiema li jkollhom id-dritt li jinqatgħu mix-xogħol wara li jispiċċaw minn jum xogħol jew meta jiġu fi tmiem il-ġimgħa. B’hekk li partit politiku jgħajjat laqgħa politika s-Sibt lejn nofs in-nhar u jistieden biex jattendu l-korpi kostitwiti, fosthom l-unions, ikun qed imur kontra din l-istess direttiva.

Għal xi uffiċjali tal-UHM, u fuq din għandhom raġun, il-fatt li ġew mgħajta minn Bernard Grech biex jattendu attivita’ marbuta ma’ xogħol is-Sibt u mhux matul il-ġimgħa, kienu qed jibgħatu messaġġ ħażin lill-membri tagħhom stess. Kif l-union tista’ titkellem fuq ‘the right of disconnect” meta l-uffiċjali tagħha stess qed jiksru din l-istess direttiva?

Tant hu hekk li wieħed mill-membri qal lil Alessandro Farrugia, li kien qed jieħu ħsieb il-loġistika ta’ din il-laqgħa u qallu ċar u tond, li ‘the right of disconnect” kien qed ikun miksur meta l-unions qed jingħajtu għal-laqgħa ta’ xogħol s-Sibt filgħodu? Farrugia wieġbu billi skuża ruħu imma qallu li minħabba problema ta’  loġistika min-naħa tal-partit ma setgħetx issir f’jum ieħor!

2 comments

Leave a Reply