Veru li Manuel Delia qed jaqla’ mal-65K mill-attivitajiet tiegħu konnessi ma’ Daphne Caruana Galizia?
Blog post minn osservatur politiku
Jista’ jkun li din l-analiżi mhix preċiża mija fil-mija, iżda mill-informazzjoni li ili niġbor ‘il fuq minn sena nħossni kunfidenti li ċ-ċifri huma qrib ħafna l-verita’. Din hija somma ħafifa ta’ dak li wisq probabbli jaqla’ Manuel Delia b’diversi ħluq differenti li ħoloq kemm ilha li nqatlet brutalment is-Sinjura Daphne Caruana Galizia. Ovvjament imkien ma jien qed nimplika li Manuel Delia kellu x’jaqsam ma’ dan il-qtil, iżda b’wiċċi minn quddiem ngħid dak li jemmnu ħafna nies, li malli nqatlet Daphne, Manuel Delia pprova jirkeb fuq il-karru tagħha u ta’ familtha u għamel minn kollox biex jimla l-vojt li nħoloq bin-nuqqas tagħha.
Ovvjament sab lil min jappoġġjah u jużah. Deputati, negozjanti u avukati li qabel kienu jinqdew b’Daphne biex jitfgħu l-ġebla u jaħbu idhom, kellhom bżonn joħolqu karattru ġdid. Peress li lil Daphne qatt ma setgħu jikkontrollawha kif xtaqu, din id-darba ħadu ħsieb li l-kreatura li kienu se joħolqu tkun waħda li ma tigdimx l-id li trid tixrob minnha.
Tinsewx ukoll li din il-klikka, li fil-passat kissret lil Alfred Sant bl-attakki personali, issa kellha bżonn tkisser żewġ kapijiet f’daqqa mhux wieħed. U b’hekk, Manuel Delia, telaq l-impieg mistur li kellu barra minn xtutna fejn kien ilu jistaħba għal diversi snin, forsi jnessi lil kulħadd il-froġa tal-Arriva, li telfet l-elezzjoni lill-Partit Nazzjonalista bl-akbar distakk fl-istorja politika. B’hekk, erba’ snin wara li beda jwettaq il-pjan tiegħu u ta’ dawk li jiġbdulu l-ispag, Manuel Delia illum igawdi dan li ġej:
Dħul mill-kitba’ f’The Sunday Times – nikkalkula li hu ta’ madwar €10,400 p/a
Dħul mir-reklami fuq il-Website Truth Be Told – €3600 p/a (Delia stess qal li jaqla’ 300 fix-xahar)
Paga minn Repubblika – madwar €30,000 p/a (Dan is-sit kien ippubblika ċifra ta’ 32K li Manuel Delia ċaħad. Biss wara ħareġ li kien qed jitħallas minn Repubblika. Infakkar li l-istess Manuel Delia kien qies is-somma offruta lilu ta’ 36K biex ikun ghost writer ta’ Adrian Delia bħala wara mhux aċċettabbli)
Paga mill-Unjoni Ewropea – €12,000 (6 xhur) (din hija s-somma li qed nikkalkula li ser jieħu mill-Ewropa)
Dħul minn royalties ta’ 2 kotba u film dwar Daphne – jien nikkalkula li huma ta’ madwar €3000 p/a.
Dħul minn xogħol ta’ chaperon minn Istituzzjonijiet Ewropej – €6000 p/a
It-total ta’ dak li nafu bih s’issa, u li nammetti jista jkun inqas kif ukoll iżjed minn dak li niżżilt hawn fuq, hu ta’ €65,000 f’sena.
Nerġa’ ntenni li dan jista’ jkun skorrett iżda l-fatti f’idejna juru li mhux il-bogħod ħafna mir-realta’. F’każ li għandi xi żball nistieden lil Manuel Delia jippubblika ċ-ċifri hu stess ħalli nkunu nafu l-verita’, dejjem jekk din id-darba jgħidilna kollox. Allura meta tara hekk tifhem għaliex Manuel Delia ma riedx jgħidilna li sab għadma xi jmexmex billi aċċetta li jmur jistaħba f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea u jieħu paga biex tagħmel tajjeb għal dan.
Meta tara hekk tifhem minn fejn ġejja r-rabja ta’ Caroline Muscat li bniet news portal mill-qiegħ waħedha u kellha ssofri l-ġuħ sakemm bdiet tara xi ħaġa żgħira tal-flus. U meta beda ġej ftit dħul għaddietu lill-kontributuri tagħha qabel ma trejqet hi.
Meta tara hekk tifhem għalfejn Manuel Delia joħroġ għonqu daqshekk biex jiddefendi nies f’Repubblika, għax kieku ma jeżistux, hu jitlef il-paga. Tifhem għalfejn jiddefendi b’ruħu u ġismu lil Jason Azzopardi, Georg Sapiano u lill-Boċċa għax kieku mhux hekk ikollu jħallas għas-servizzi ta’ avukat kull meta jsib ruħu fl-inkwiet.
Ovvjament, Manuel Delia għandu kull dritt li jaqla’ x’jiekol bħal kulħadd, imma li mhux sew hu li jagħmel dan minn fuq il-mewt ta’ ġurnalista u agħar jgħajjar u jinsinwa li ħaddieħor, li ma jaqbilx ma dak li jgħid hu, qed jieħu l-flus u mbagħad ma jġibx prova waħda.
Mhux sew li hu u jagħmel dan ma jħallix ġurnalisti oħra bħal Blanche Gatt, Caroline Muscat u oħrajn jieklu huma wkoll. Sadattant, biex jassigura ruħu li jibqa’ għaddej anke meta jitfaċċa l-maltemp, Manuel Delia, ta’ kuljum jipprova jibni lilu nnifsu fi brand.
Fil-fatt, ħafna jistaqsu għaliex il-vġili għal Daphne ta’ kull xahar huma sponsored minn manueldelia.com, il-website tiegħu? Għax jekk dawn qed jiġu organiżżati minn Republika, u issa sirna nafu li Manuel Delia għandu impieg u għandu paga minn Republika, allura għaliex jieħu l-istess prominenza bħala sponsor ewlieni?
Il-Malti jgħid li mhux kull ma jleqq huwa deheb, fil-fatt, fil-każ ta’ Manuel Delia, dak li jpinġilna bħala tbatija u firda minn familtu hu fil-fatt deheb għalih!
Daphne saret flus flus u flus.